SOS Hondoq News

Friday, October 27, 2006

Le ghal sfregju f’Hondoq ir-Rummien

Pubblikata fuq L-Orizzont nhar 26 ta' Ottubru, 2006 minn Justyne Caruana.

XI granet ilu ghamilna zjara bhala delegazzjoni tal-Partit Laburista fir-rahal tal-Qala fejn iltqajna ma diversi nies u anke morna fil-bajja sabiha ta’ Hondoq ir-Rummien. Morna proprju biex nuru s-solidarjetà taghna mal-poplu tal-Qala ghall-isfregju propost li jsir f’Hondoq ir-Rummien. Ghal min ma jafx din il-bajja popolari u sabiha – l-unika f’ Ghawdex fl-istat naturali taghha – spiccat fil-mira ta’ l-ispekulaturi. Ahna bhala Partit digà ddikjarajna li ahna kontra dan l-izvilupp u li nirrispettaw id-decizjoni tal-poplu tal-Qala fejn 85% vvotaw permezz ta‘ referendum, li ma riedux zvilupp f’Hondoq ir-Rummien.

Ta’ min ifakkar li dan il-progett ghandu l-appogg shih tal-Prim Ministru Gonzi u tal-Ministru ghal Ghawdex & Co. Meta l-Prim Ministru fuq il-Fosos, heggeg lin-Nazzjonalisti biex jarmaw id-dentatura, fost affarijiet ohrajn ddikjara li hu favur dan il-progett u li se jappoggjah. Meta ghandek dikjarazzjoni bhal dik, l-anqas il-MEPA m’ghandhom x’jambu dawn. Però li niskanta hu li n-Nazzjonalisti dejjem ipprezentaw ruhhom bhala l-paladini tad-demokrazzija – dan dejjem fejn qablilhom u jaqblilhom. Allura rizultat f’referendum ta’ 85% l-Gvern jinjorah? Allura r-referendum tal-Qala u r-rizultat tieghu mhux ezercizzju demokratiku li jishoqqlu jigi rispettat? X’ipokrezija hux!

Però lill-poplu tal-Qala nghidlu jiftah ghajnejh u jaghraf jiddistingwi bejn Partit Laburista li rrispetta r-rieda tan-nies tal-Qala u dan il-Partit li twikkejna bih fil-Gvern, li meta u fejn irid jinheba wara l-MEPA u meta u fejn irid jigi jaqa’ u jqum mill-MEPA u jaghti l-palati lill-ispekulaturi.