Il-protesti kontra l-progett ta’ Hondoq ir-Rummien huma gustifikati u jixirqilhom appogg - Alfred Sant
Pubblikata fuq il-Kulhadd nhar il-15 ta' Ottubru, 2006.
IL-PROTESTI li qed isiru kontra l-progett ta’ vilel, appartamenti ta’ lussu, lukanda u yacht marina f’Hondoq ir-Rummien fil-Qala f’Ghawdex mhux biss huma gustifikati izda jixirqilhom l-appogg tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha.
Dan qalu l-Mexxej Laburista Alfred Sant waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet fil-post fejn qed ikun propost li jsir dal-progett, u wara li iktar qabel anki iltaqa’ ma numru ta’ residenti u familji mill-Qala f’Ghawdex.
Alfred sant qal li l-gvern Nazzjonalista qed jipproponi li f’Hondoq ir-Rummien ikun hemm progett ta’ vilel, appartamenti ta’ lussu, lukanda u yacht marina f’Hondoq ir-Rummien. Il-Mexxej Laburista qal li mill-laqghat li kellu ma’ residenti mill-Qala jirrizulta li l-ilmenti li qed isiru dwar dan il-progett huma ilmenti gustifikati, tajbin u qawwija.
Zjara fuq il-post fejn qed ikun propost li jsir il-progett, qal Alfred Sant, tkompli tikkonferma kemm dan l-istess progett m’ghandux isir ghaliex jammonta ghal spekulazzjoni harxa ta’ inhawi li huma fost l-isbah f’Malta u f’Ghawdex. Dan il-post ghandu potenzjal turistiku kbir u potenzjal li joffri rikreazzjoni u hajja ahjar ghall-Ghawdxin kollha, ghall-Maltin u ghat-turisti.
Ghalhekk, sahaq il-Mexxej Laburista, il-progett li qed ikun propost jammonta ghal esplojtazzjoni ta’ art imprezzabbli u ghal spekulazzjoni fuq il-valur taghha meta jinbnew il-vilel u l-appartamenti. Il-mutur wara dal-progett mhu xejn hlief li l-art tintuza biex certi nies jaghmlu profitti kbar.
Alfred Sant qal li l-izvilupp li qed ikun propost f’Hondoq ir-Rummien mhux l-izvilupp turistiku li ghandhom bzonn il-Qala u Ghawdex u lanqas huwa l-mod kif jitqanqal ix-xoghol. Il-Mexxej Laburista qal li mhux veru li l-progett kif propost iwassal ghal impjiegi sostenibbli ghat-tul f’Ghawdex.
Fost ir-residenti tal-Qala li iltaqa’ maghhom il-Mexxej Laburista qabel il-konferenza ta’ l-ahbarijiet kien hemm Paul Buttigieg, attivist kontra l-progett ta’ Hondoq ir-Rummien u Dun Lawrenz Theuma li t-tnejn spjegaw f’dettall ma’ Alfred Sant l-oggezzjonijiet taghhom ghall-progett. Prezenti ghall-konferenza ta’ l-ahbarijiet kien hemm anki residenti barranin li jghixu fil-Qala.
Min-naha tal-Partit Laburista ghall-konferenza ta’ l-ahbarijiet attendew ukoll id-deputat Mexxej Michael Falzon, is-Segretarju Generali Jason Micallef, id-deputati Ghawdxin Anton Refalo u Justyne Caruana, il-kelliem ghall-ambjent Roderick Galdes, il-kunsilliera Laburisti fil-Qala Anthony Camilleri u Ivan Falzon u l-kandidat Laburista Joe Cordina, u ufficjali mill-Kumitat Distrettwali Laburista ghal Ghawdex.