Il-Kunsill Lokali tal-Qala u l-progett f’Hondoq ir-Rummien: Qbil... basta b’kuntratt notarili
Pubblikata fuq L-Orizzont nhar l-10 ta' Ottubru, 2006 minn Brandon Pisani.
Il-Kunsill Lokali tal-Qala, ftit tal-gimghat ilu ressaq il-proposti tieghu quddiem l-Awtorità Maltija ghall-Ambjent u l-Ippjanar (il-MEPA) dwar it-tieni proposta ghall-izvilupp tal-“Qala Creek” fil-bajja pittoreska ta’ Hondoq ir-Rummien.
Harsa bir-reqqa lejn il-kummenti tal-Kunsill, jidhercar li fil-principju, il-Kunsill qieghed jaqbel li jsir dan il-progett, basta li jsir kuntratt notarili bejn l-istess Kunsill Lokali u l-izviluppaturi.
F’ittra mibghuta lill-MEPA fit-18 ta’ Awissu li ghadda ffirmata mis-Sindku Paul Buttigieg – li l-orizzont kiseb kopja taghha – il-Kunsill tal-Qala ressaq il-proposti, suggerimenti u l-kummenti dwar l-applikazzjoni “Qala Creek PA03798/06 – GF00034/06”.
Fir-rapport tieghu, il-Kunsill tal-Qala qieghed jesigi ghal diversi drabi li ghandu jkun iffirmat kuntratt notarili bejn il-Kunsill u l-izviluppatur biex dan il-progett – meta jigi approvat – ma jikbirx iktar milli huwa ppjanat li jsir.
Fil-fatt, f’punt numru 8 tal-kummenti tieghu lill-MEPA, taht is-sotto-titlu ‘Kuntratt bejn il-Kunsill Lokali u l-Izviluppaturi’, is-Sindku, Paul Buttigieg jesigi li “l-Kunsill Lokali qed jirrakkomanda biex il-MEPA timponi kundizzjoni fejn is-siti indikati ghall-pubbliku u li huma msemmijin hawn taht: Public Wharf area; Il-plajja fejn hemm ir-ramel; il-latrina; is-Slip Way u l-Parking Area, biex ma jkunx hemm biza’ li ghada pitghada jsir zvilupp addizzjonali fihom ghandu jsir kuntratt notarili bejn il-Kunsill Lokali u l-izviluppatur liema kuntratt jaghti t-titlu ta’ proprjetà“ lill-Kunsill Lokali u jigi rregistrat u mdahhal fl-arkivji tal-Qorti.
B’dan il-kuntratt l-izviluppatur ikun marbut li qatt ma jista’ jaghmel uzu jew jiehu min jeddu, jew jitlob ghal zvilupp addizjonali f’dan is-sit minghajr il-kunsens taz-zewg firmatarji. B’hekk iz-zewg partijiet ikunu qeghdin jintrabtu li f’ebda hin u fl-ebda perjodu ma jista’ jsir zvilupp jekk mhux bil-kunsens taz-zewg partijiet u wara li jingiebu l-permessi necessarji. ” Residenti Qalin li tkellmu ma’ l-orizzont qalu li “b’dan l-argument, il-Kunsill Lokali taghna qieghed jghid lill-izviluppaturi - huduh u ghamluh il-progett. Ma nistghux nifhmu kif minn tant nies, huwa l-Kunsill Lokali biss li jidher li huwa favur il-qerda ta’ Hondoq ir-Rummien”.
Il-Kunsill mhux jghid li hu kontra l-progett ghax qieghed jinsisti li hemm lok fejn jitnaqqas l-ammont indikat minn dan il-progett. Dan x’ifisser li huma kuntenti bil-progett dment li jitnaqqas? Hija cara li b’hekk qeghdin jghidu kontra li qal il-poplu fir-referendum erba’ snin ilu.”
Il-mohh wara l-progett propost tal-‘Qala Creek’ hija l-kumpanija Gozo Prestige Holidays ta’ l-Avukat Victor Bajada u Joseph Cassar. Il-progett il-gdid (wara li sab oppozizzjoni erba’ snin ilu) se jkun, skond l-izviluppaturi, fuq skala izghar u se jiswa 72 miljun Ewro, jigifieri madwar tmien miljun Ewro inqas milli kien se jiswa erba’ snin ilu.
Fir-rapport li l-Kunsill Lokali tal-Qala pprezenta lill-MEPA dwar dan il-progett, is-Sindku qal li bhala Kunsill Lokali jhoss li ghalkemm kien hemm tnaqqis fl-ammont u n-numru ta’ vilel u ‘self-catering’ units xorta jhossu li baqa’ lok fejn jista’ jitnaqqas l-ammont.
Ghal dan il-ghan il-Kunsill ippropona li l-progett ghandu jiccekken aktar – kemm fil- kobor tal-lukanda, kemm fis-‘self-catering units’, kemm fil-‘multi-ownership residents units’ u anke fil-kobor tal-jott marina.
Dwar lukanda ‘Deluxe 5 Star’, il-Kunsill Lokali tal-Qala qal li “ghalkemm jaqbel mal-bini tal-lukanda, xorta nhossu li din ghandha ticcekken u ma tkunx il-kobor kif indikat fil-PDS. Peress li l-lukanda tista’ tohloq ix-xoghol, f’kaz li jinhareg il-permess ghall-bini tal-progett, il-Qalin ghandhom jinghataw l-opportunità, jinghataw preferenza biex isibu xoghol fl-imsemmi lukanda u fil-progett indikat.”
Il-Kunsill tal-Qala, fis-sottomissjonijiet tieghu lill-MEPA jitkellem dwar il-Bajja ta’ Hondoq ir-Rummien. Il-Kunsill jispjega li jekk jigi approvat dan il-progett jew xi parti minnu ghandu “jsir kuntratt bejn l-izviluppatur u Kunsill Lokali li din il-bajja qatt u qatt ma tista’ tigi tal-privat, liema kuntratt isir ghand nutar. Il-Bajja tigi rrangata billi titkabbar sa hdejn il-latrina prezenti u jingieb ramel apposta flok dak li hemm, jithawlu palm u jsir public toilet bix-xawers attraenti. Ix-xoghol isir bi spejjez ta’ l-izviluppatur u s-sit jigi amministrat mill-Kunsill Lokali.
Isir kuntratt bejn l-izviluppatur u Kunsill Lokali li l-Public Wharf Area ghandha tinghata bit-titlu lill-Kunsill Lokali Qala biex tibqa’ ghall-uzu tal-pubbliku u parti minnha tigi trasformata f’BBQ area liema area tkun amministrata mill-Kunsill Lokali.”
Fl-istess waqt, il-Kunsill qieghed jesigi li bi spejjez tal-kuntrattur, isiru testijiet tal-kwalità ta’ l-ilma bahar, waqt li dwar is-‘self-catering units’, il-‘multi-ownership residents’ u ‘self-catering villas’, il-Kunsill Lokali jhoss li l-ghadd taghhom hu esagerat u se jwassal biex johloq impatt negattiv fuq l-ambjent, il-kultura u l-hajja socjali tar-residenti Qalin.
Dwar il-jott marina, il-Kunsill qal li “ghalkemm kien hemm tibdil drastiku dwar il-bokka tal-jott marina u dwar il-kobor taghha fejn sar xi tnaqqis, xorta l-Kunsill Lokali baqaghlu rizervi kbar dwar jott marina vicin il-bajja ta’ Hondoq ir-Rummien, dwar kemm il-bahar jibqa’ tajjeb ghall-ghawm, hmieg u zjut mill-jottijiet u harsien tar-regolamenti ta’ l-uzu tal-marinas.”
It-talba biex jigi ffirmat kuntratt notarili terga’ titfaccja fejn jidhlu s-servizzi ghal dan il-proggett. Fil-fatt, il-Kunsill jishaq li l-parkegg jigi amministrat mill-Kunsill Lokali u dan ghandu jsir b’kuntratt notarili bejn iz-zewg partijiet.
L-istess jghodd ghas-‘slip way’, fejn il-Kunsill jghid li jidher li se tigi rrangata u ghalhekk ghandha wkoll tkun accessibbli ghal kulhadd u ghalhekk ghandu jsir ftehim bejn iz-zewg partijiet b’kuntratt notarili.
Il-Kunsill qieghed ukoll jitlob lill-MEPA biex l-izviluppatur ikun marbut b’garanziji li jkun konformi mal-pjanti mahruga mal-kundizzjonijiet maghmula mill-MEPA; ma jsirx bini addizzjonali jew ahjar ma jinhareg qatt permess ghall-bini addizzjonali u jintrabat b’kuntratt notarili biex jigu salvagwardjati l-interessi tal-Qalin kollha u ta’ dawk li jzuru l-bajja ta’ Hondoq ir-Rummien.
Il-Kunsill Lokali tal-Qala qieghed jesigi wkoll li l-ewwel preferenza ghall-400 impjieg li qieghed jinghad li se jinholqu b’dan il-progett ghandha tinghata lir-residenti Qalin zghazagh u adulti. B’hekk “b’dan il-mod l-izviluppaturi jkunu qeghdin ipattu ftit ghall-problemi li r-residenti Qalin se jhabtu wicchom maghhom kemm qabel, waqt u wara li jitlesta dan il-progett.”
Finalment il-Kunsill Lokali tal-Qala qieghed jitlob li jekk jinhargu xi permessi dwar il-progett Qala Creek, trid tinghata somma ta’ flus fi ‘planning gain’ biex tissarraf fi progett li l-Kunsill Lokali qieghed jippjana li jizviluppa fil-futur qarib ta’ ‘Leisure park/sports complex’ bin-numru ta’ l-applikazzjoni PA01303/05 biex jigi finanzjat kollu jew parti minnu mill-‘planning gain’ imhallsa.
Il-Kunsill qieghed iwieghed li wara li jitlesta l-EIA (Environmental Impact Assessment) se janalizza r-rapport u wara jlaqqa’ lir-residenti Qalin biex jinfurmahom b’kemm dak li bhala Kunsill Lokali ssottometta qabel l-EIA, kif ukoll kif fl-EIA u dan giex ikkunsidrat jew le. Wara l-Kunsill Lokali jerga’ jressaq il-pozizzjoni tieghu u tal-Qalin quddiem il-MEPA fuq il-propost progett “Qala Creek”.
Is-Sindku ifakkar lill-MEPA li meta erba’ snin ilu l-Kunsill kien informa lill-Qalin bil-progett prospost, waqt il-“Public Hearing” kien inqala’ hafna ghajjat, storbju u kien wassal ghal protesti shan.
Is-Sindku fakkar lill-MEPA wkoll li “barra minn hekk, il-Kunsill Lokali tal-Qala ghamel referendum, kif kellu l-jedd u s-sahha tal-ligi warajh li jaghmel u jara kif jahsbuha l-Qalin dwar il-propost progett. Ir-referendum li sar bil-barka tal-Ministru Austin Gatt, sar bi trasparenza kbira u kull min ried seta’ jara l-process kollu li sar. Referendum li ghalih ivvutaw 75 fil-mija tar-residenti Qalin elegibbli ghall-vot b’rizultat ta’ 85 fil-mija li kienu kontra l-progett kif propost fl-ewwel PDS u 15 fil-mija favur.
Ghal dan il-ghan il-Kunsill Lokali jhossu fid-dmir u f’obbligu lejn ir-residenti Qalin li jressaq is-sottomissjonijiet tieghu fuq it-tieni PDS li gie moghti lill-Kunsill Lokali proprju ftit tal-gimghat ilu.”