SOS Hondoq News

Thursday, September 28, 2006

Wasal it-Tmiem ta' Hondoq ir-Rummien?


Published on Il-Huttafa by BirdLife Malta

Erba' snin ilu konna ktibna li hemm progett li bih ha jirvinaw wied sabih f¹Ghawdex jismu Hondoq ir-Rummien. Dak iz-zmien konna sperajna li dil-gennata ma ssirx, ghax biha nkunu tlifna ghal dejjem rokna ohra naturali mill-gzejjer sbieh taghna. Il-bicca mbaghad kienet ikkwitat u hsibna li mietet.

Imma l-mostru ma kien miet xejn, imma rieqed biss. Anzi waqt li kien rieqed bidel il-gilda biex forsi jidher sabih. X'jigifieri? Jigifieri min holom bil-progett irranga ftit il-pjanijiet biex taparsi jidher iktar naturali.

Ara kif jista jkun f'wied zghir bhal Hondoq ir-Rummien tibni lukanda 5-star, 25 villa u 260 apartament u tghid li se jsebbah l-ambjent! Kemm hasbuna injoranti!

Min holom bhal-progett mhux isebbah l-ambjent irid, imma jaghmel muntanja flus. Ghalhekk bhalma ktibna erba' snin ilu nergghu niktbuh illum: progetti bhal dawn, li jridu jkomplu jnaqqru l-ftit kampanja li baqghalna, imisshom jintremew mill-ewwel.