SOS Hondoq News

Monday, October 09, 2006

Gonzi ma jaghtix kas il-Kunsill Lokali tal-Qala

Pubblikata fuq il-Kulhadd nhar it-tmienja ta' Ottubru, 2006.

IL-PRIM Ministru Lawrence Gonzi ta prova li digà mhux jaghti kaZ ta’ dak li qieghed jghid il-kunsill lokali tal-Qala, Ghawdex, dwar il-progett ta’ Hondoq ir-Rummien.

Waqt l-attivitajiet ta’ l-indipendenza fuq il-Fosos tal-Floriana, Gonzi ddikjara li huwa jappoggja l-progett kif qieghed ikun propost.

Gonzi ghamel din id-dikjarazzjoni minkejja li l-Kunsill Lokali tal-Qala, fejn hemm maggoranza Nazzjonalista, kien digà ddikjara li ma jaqbilx mal-progett kif qieghed ikun propost.

Wara li rcieva minghand l-Awtorità dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) il-Project Development State, il-Kunsill Lokali fela bir-reqqa dan id-dokument u ghadda lill-istess MEPA s-suggerimenti, il-kummenti u l-proposti tieghu lill-istess MEPA permezz ta’ ittra datata 18 ta’ Awissu, 2006, liema ittra kienet iffirmata mis-Sindku Paul Buttigieg.

Minkejja din l-ittra, u minkejja l-proposti tal-Kunsill Lokali tal-Qala, xahar wara Gonzi ddikjara li huwa jaqbel mal-progett kif qieghed ikun propost.

Il-Kunsill Lokali tal-Qala talab li s-suggerimenti kummenti, u proposti tieghu ikunu inseriti fit-terms of reference li kellhom isiru biex jitfassal l-Environmental Impact Assessment.

Il-Kunsill Lokali tal-Qala, huwa ta’ l-opinjoni li ghalkemm kien hemm tnaqqis fl-ammont u n-numru ta’ vilel u self catering units, huwa xorta wahda jhoss li baqa’ lok fejn jista’ jitnaqqas l-ammont indikat fil-PDS.

IL-Kunsill Lokali tal-Qala jghid li l-ammont ta’ bini ghandu jonqos biex, fost affarijiet ohra, jkun konformi mal-pjan lokali ghal Ghawdex fejn jitkellem b’mod car dwar il-barriera ta’ Hondoq ir-Rummien, il-bajja, u l-inhawi tal-madwar.

Erba’ snin ilu, il-Kunsill Lokali tal-Qala kien qabel unanimament li kull propost Zvilupp ghall-barriera ta’ Hondoq ir-Rummien ghandu jkun assolutament konformi mal-proposti fil-Pjan Lokali ghal Ghawdex, u kien insista li l-proposti m’ghandhom qatt u qatt jinbidlu “minn kif inhuma bhalissa”.

Il-Kunsill jghid li ghalkemm jaqbel mal-bini tal-lukanda, xorta jhoss li din ghandha tickien u ma tkunx il-kobor kif indikat fil-PDS.

Fil-fehma tal-Kunsill Lokali tal-Qala, l-ammonti ta’ 60 self-catering units; 200 multi-ownership residents; u 25 self-catering villas, huma esagerati.

Il-Kunsill jghid li ghalkemm sar tnaqqis mill-ewwel PDS, ghat-tieni PDS xorta wahda l-kobor hu sproporzjonat ma’ l-area involuta u mal-ambjent madwar il-bajja.

Il-Kunsill esprima wkoll ir-riservi tieghu dwar il-Yacht Marina b’mod partikolari dwar il-marine life “unika li tinsab fil-bajja ta’ Hondoq ir-Rummien, specjalment qabel u waqt il-bini tal-breakwaters u wara li jitlesta l-progett.

Waqt li jesprimi t-thassib tieghu kemm il-bahar se jibqa’ tajjeb ghall-ghawm, il-Kunsill Lokali tal-Qala jaghmel mistoqsijiet dwar hmieg u Zjut mill-jottijiet, u wkoll dwar il-harsien tar-regolamenti ta’ l-uZu tal-marinas.

Il-Kunsill Lokali tal-Qala qal li wara li jitlesta l-Environmental Impact Assessment, se janalizza r-rapport u wara jlaqqa’ lir-residenti tal-Qala biex jinfurmahom b’dak li ssottometta qabel l-EIA, u jekk is-sottomissjonijiet ikunux gew ikkunsidrati jew le.

Fl-ittra tieghu lill-MEPA, il-Kunsill Lokali tal-Qala ifakkar kif madwar erba’ snin ilu, il-Qalin kienu vvuttaw b’maggoranza kbira kontra l-progett kif dan kien gie propost l-ewwel darba.

Il-Qalin kienu ghamlu dan permezz ta’ referendum li fih kienu vvutaw 75% tar-residenti Qalin li kienu eleigibbli ghall-vot.

Ir-riZultat kien 85% li kienu kontra l-progett kif propost, u 15% kienu favur.