Hondoq irid li jibqa’ jezisti
Pubblikata fuq L-Orizzont nhar 23 ta' Ottubru, 2006 minn Rummiena - Qala
Sur Editur,
Ippermettili ftit spazju, fil-gurnal popolari tieghek biex nuri l-fehma tieghi u ta’ hafna ohrajn li ma naqblu assolutament xejn ma’ l-hekk imsejjah progett – li m’hu progett xejn imma spekulazzjoni ta’ l-art – f’Hondoq ir-Rummien. Bi progett nifhem li Malta u l-Maltin se jgawdu l-frott tieghu. Però, bi spekulazzjoni ta’ l-art se jgawdu biss l-ispekulaturi u l-poplu Malti jgawdi l-gerha li ma tfieq qatt li tkun saret fuq l-ambjent.
Jien ma nistax nifhem, kif ghalina l-Maltin il-MEPA ma tohrogx permessi biex uliedna jkollhom dar fejn joqoghdu ghax tghid li hawn bini bizzejjed u trid thares il-ftit kampanja li fadal, imbaghad biex isir massakru ta’ dik il-kwalità tikkunsidra li tohrog il-permessi.
Nistaqsi lill-MEPA, lil min ghandu r-raba jmiss ma’ l-istess raba ta’ l-izviluppaturi se tohrogilhom il-permessi mehtiega biex uliedhom ikunu jistghu jibnu darhom fuqha jew dawn m’ghandhomx dritt li jgawdu l-arja pura u l-veduti tal-madwar?
Ftit granet ilu, il-Ministru ta’ l-Ambjent stieden lill-familji fuq il-mizbla tal-Maghtab u tghidx kemm ftahru li se jirriabilitawha biex titgawda mill-familji Maltin, Erhilu li kull min imur hemm ikun espost ghall-gassijiet velenuzi li jitilghu minn taht l-art. Mela kemm jiftahru izjed li kieku f’Hondoq ir-Rummien isir park nazzjonali u kull min imur fih igawdi arja friska u minghajr tniggis u b’veduti mill-aqwa.
Possibbli ghandna Gvern li lest li jeqred darba ghal dejjem dak li hu naturali u mbaghad jonfoq miljuni ta’ liri biex johloq posti-jiet rikreattivi artificjali? Il-Gvern huwa elett mill-poplu u ghalhekk huwa obbligat li jirrispetta r-rieda tal-poplu.
Possibbli ghandna Gvern daqshekk arroganti li jinjora r-rieda ta’ poplu li qal le b’maggoranza ta’ 85%? Mur zommu kieku l-Gvern fl-Elezzjoni Generali jgib 85% ta’ l-elettorat, x’bokka jkollu!
Issa kelmtejn lis-Sindku tal-Qala…
Sur Sindku, tista’ tghidli lejn min int responsabbli hux lejn il-poplu tal-Qala jew lejn il-Gvern prezenti? Erba’ snin ilu kont tghid li ghandna nghidu le ghal kollox, lukandi, vilel, appartamenti u jott marina ghax jekk l-izviluppaturi jibdew b’xi haga dawn jibqghu sejrin u ma jkun jista’ jwaqqafhom hadd, la l-Kunsill u lanqas il-Gvern.
Tista’ tispjegalna lilna l-Qalin, x’gieghlek tibdel hsibijietek f’dawn l-ahhar erba’ snin?
Tista’ tghidilna min tak l-awtorità li fis-sottomissjonijiet tiddeciedi li l-progett isir, izda icken. Il-maggoranza tal-Qalin qalu le ghall-izvilupp kollu. Mela qieghed titmexxa bl-ispag bhall-pupazzi?
Sur Sindku ghall-inqas hallielna Hondoq ir-Rummien kif inhu biex il-familji taghna jgawduh bhalma qeghdin jaghmlu bhalissa. Taf int, ghax gieli kont mal-familja tieghek, bicca hobz biz-zejt, tadama, basla u bicca gobon tinzillek ghasel u m’hemmx ghaliex tonfoq il-liri biex tiekol.
Sur Sindku, ghidilna ftit x’inti taghmel dwar il-qtugh ta’ blat bl-addocc u ta’ rimi ta’ terrapien ezatt ma’ xifer il-bahar f’ras il-Qala? Taf li ma’ l-ewwel Grigalata dak it-terrapien jispicca fil-bahar? Barriera minnhom ukoll ghandha kundizzjoni fil-permess li t-trakkijiet taghha ma jistghux jghaddu mic-centru tar-rahal, izda xorta jghaddu.
Sur Sindku, m’intix tissorvelja dak li qed isir f’ras il-Qala, ahseb u ara kemm se zzomm l-izviluppaturi ta’ Hondoq milli jaghmlu li jridu! L-ahhar kelma tkun lejn il-poplu Malti u Ghawdxi biex iqum isemma lehnu kontra l-qerda ta’ l-ambjent taghna. Il-Qalin mhux se jkunu aljenati bi ftit muzika fil-pjazza tar-rahal, imma se jkomplu jiggieldu kontra l-mostru ta’ Hondoq ir-Rummien.