SOS Hondoq News

Monday, October 24, 2011

It-trasport tan-nar minn ħondoq ir-Rummien

Pubblikata fuq it-torca nhar l-Hadd 23 ta' Ottubru, 2011.

Nirreferi għall-ittra msem-mija ‘It-trasport tan-nar mill-Qala’ li kienet ippubblikata fit-TORĊA tas-16 ta’ Ottubru 2011 u naqbel ma’ min kiteb dik l-ittra li hija nkwetanti li n-nar ta’ Għawdex jinħatt kollu Ħondoq ir-Rummien u wara jgħaddi minn ġol-qalba tar-raħal. Jien flimkien ma’ bosta residenti Qalin ilha tinkwetana din is-sitwazzjoni.
Fil-fatt malli l-gvern, wara l-inċident tal-kamra tan-nar tal-Għarb, ħabbar li se joħloq kummissjoni biex jistħarrġu l-inċidenti tan-nar, jien ktibt personalment lill-kummissjoni bit-tħassib tiegħi u anke tajt xi suġ-ġerimenti biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun il-perikli fejn jidħol it-trasport tal-logħob tan-nar.

L-ittra ktibtha fit-8 ta’ Set-tembru 2010 fejn issuġġerejt li kull raħal f’Għawdex li se jġib in-nar minn Malta għandujħottu fl-eqreb bajja ta’ dak ir-raħal eż: Żebbuġ – il-Qbajjar, Nadur – Daħlet Qorrot, Xew-kija – Mġarr ix-Xini, Għajnsie-lem – Ix-xatt l-Aħmar, Qala – Ħondoq ir-Rummien, eċċ. Issuġġerejt dan għax b’hekk ikun hemm inqas ġarr tan-nar fl-abitat u jonqos il-periklu lin-nies
.
Issuġġerejt ukoll li hemm bżonn li ssir ‘barge’ li tkun apposta biex iġġorr in-nar fuqha, din tkun irmunkata wara lanċa ħalli jekk Alla-ħaresqatt tinqala’ xi ħaġa ttir il-‘barge’ u ma jweġġa’ ħadd. (Ilkoll niftakru x’kien ġara fil-każ tal-patrol boat). Ħaġa oħra li hemm bżonn issir hi li t-trakkijiet li jġorru n-nar ikunu trakkijiet speċjali li jkollhom molol li ta’ ġo fihom iħoss inqas skossi li jkun hemm fit-toroq. Din il-biċċa tat-trakkijiet tgħodd għat-trasport tan-nar li jsir f’Malta ukoll
.
L-għada kont irċevejt riko-noxxenza tal-ittra tiegħi u li l-punti li qajjimt kienu se jkunu mgħoddja lill-bord tal-inkjesta.

Fl-ewwel laqgħa tal-kunsill li għamilna wara din l-ittra qajjimt dan it-tħassib tiegħi u tar-residenti u konna dde-ċidejna bħala kunsill biex issir pressjoni min-naħa tal-kunsill ukoll. Fil-fatt, kienet inkitbet ittra minn naħa tal-kunsill.

Minn dakinhar ’l hawn la jien u lanqas il-kunsill ma nafu x’ġara.