TM kontra l-proġett ta’ Ħondoq ir-Rummien
Pubblikata fuq l-Orizzont nhar s-Sibt 17 ta' Settembru, 2011.
Il-Moviment Ħarsien Ħondoq laqa’ b’sodisfazzjon r-rakkomandazzjoni ta’ Transport Malta li l-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha tirrifjuta r-rotta alternattiva biex tkun servuta l-applikazzjoni għall-bini ta’ jott marina, 250 appartament u vilel fil-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien. Il-moviment qal li għal darb’oħra s-sens komun rebaħ. Il-moviment qal li r-riċerka li saret fuq l-ammont ta’ traffiku li se jgħaddu saret f’post ħażin.
Id-deċiżjoni ta’ Transport Malta intlaqgħet b’sodisfazzjon ukoll mill-Kunsill Lokali tal-Qala, Flimkien għal Ambjent Aħjar, ir-Ramblers Association, Nature Trust, Din l-Art Ħelwa, FOE Malta, Wirt Għawdex, Greenhouse Malta, Għaqda Università Għawdxin u l-‘Youth for Environment’. Il-Moviment Ħarsien Ħondoq irringrazzja lil dawk kollha li fl-aħħar jiem iffirmaw il-petizzjoni li qiegħda tinġabar.