SOS Hondoq News

Wednesday, September 21, 2011

Lejn era gdida: Hondoq ir-Rummien

Pubblikata fuq l-Kulhadd nhar l-Hadd 17 ta' Settembru, 2011 minn Michael Carol Bartolo.

Dan l-ahhar fuq l-ahbarijiet u l-gazzetti lokali ergajna bdejna nisimghu dwar il-progett ta’ Hondoq ir-Rummien.

Huwa progett li jikkonsisti f’bini ta' lukanda ta' hames stilel b'110 kmamar u 285 appartamenti u vilel, zvilupp ta' yacht marina ghal 150 yacht, kappella, hames ristoranti, ghaxar hwienet u l-bini ta' parkegg ta' 731 post taht l-art.

Id-Direttorat tal-Harsien Ambjentali tal-MEPA, sostna li dan il-progett ghandu jigi rifjutat ghal diversi ragunijiet, fosthom li zvilupp bhal dan ser jeqred din il-bajja li hija l-unika bajja li ghadha fl-istat naturali taghha.

Meta ezamina l-Environmental Impact Assesment li sar mill-applikant stess, id-Direttorat sab li dan kien qieghed hafna favur l-izvilupp minghajr ma ikkunsidra sew l-impatt negattiv li dan jista’ jhalli fuq l-ambjent.

Fir-rapport issemma wkoll l-izvilupp ta’ triq ohra fil-periferija tar-rahal tal-Qala sabiex tissolva l-problema tat-traffiku li jinholoq fil-Qala permezz ta’ dan il-progett. Dwar l-izvilupp ta’ din it-triq li tghaddi minn qalb l-ghelieqi li jinsabu f’zona hadra, instab ukoll li din tista’ tohloq problemi ohra ‘l quddiem meta jkun hemm applikazzjonijiet ohra ghal zvilupp f’zoni agrikoli.

L-ghaqdiet ambjentali kollha sostnew li dan mhuwiex zvilupp sostenibbli.

Fir-rapport tieghu li hareg fil-11 ta’ Gunju, l-Perit Lino Bianco wara li ezamina r-rapport mahrug mill-EIA u l-EMDP jikkonkludi li dan il-progett ser ikisser l-identità li tant ilna nhaddnu b’ghozza l-Qalin.

Il-bajja ta’ Hondoq ir-Rummien tatna l-identità u hafna mill-Qalin li jmorru f’din il-bajja imorru ghax jiehdu pjacir iqattghu l-hin liberu taghhom, jittpaxxew b’din il-bajja pittoreska. Fl-istess waqt ifittxu l-identità taghhom f’dak kollu li sawwar lir-rahal tal-Qala u jaghmlu dak li hu llum.

X’jibqaghlu poplu meta jitnezza mill-identità tieghu? Din hija identità unika ghax kien propju Hondoq li ta l-identità lilna l-Qalin.

Anke l-pozizzjoni geografika ta’ din il-bajja u l-inhawi tal-madwar sawwru l-kultura u tradizzjonijiet spiritwali tar-rahal tal-Qala meta nafu li kien proprju mill-istess akwati ta’ din il-bajja li zmien ilu l-poplu ta’ Kemmuna kien jinqeda ghall-htigijiet spiritwali tieghu. Il-qerda ta’ din il-bajja ifisser il-qerda tal-kultura tar-rahal taghna.

Nitfghu harsitna fuq il-pajsagg li jiddomina l-bajja ta’ Hondoq fejn insibu hafna speci u kreaturi li jsebbhu l-ambjent tal-madwar. Dawn ser jinqerdu bil-progett. Bil-yacht marina ser jinqerdu hafna speci tal-bahar. Iz-zona li se tinzamm ghall-ghawm mhix ha tibqa' daqstant frekwentata wara li ssir il-jott marina, ghax kif gara fi bnadi ohra bhal l-port tal-Imgarr, u l-jott marina f’Marsalforn, inholoq inkonvenjent ghall-ghawwiema biex jghumu biz-zjut tad-dghajjes li jniggsu l-bahar. Fiz-Zewwieqa, min ha f’idejh l-Yactht Marina tal-Mgarr mhux ihalli nies jghumu hemm.

Kif jista’ dan il-progett ikun ta’ ‘attrazzjoni turistika’ ghal Ghawdex meta jekk ikun approvat dan il-progett, ser tinqered il-vera attrazzjoni turistika tal-bajja ta’ Hondoq ir-Rummien?

Inkunu qeghdin nonqsu verament lil poplu u generazjonijiet futuri jekk neqirdu din l-bajja. Ma jisthoqqilniex li nghidu li nhobbu l-ambjent ta’ madwarna jekk jigi approvat dan il-progett. Jekk insejhulu progett ambizzjuz kif isejjhulu dawk li huma favur, inkunu qed nikkontradixxu dak li ahna nishqu fuqu fil-vizjoni gdida ghal Ghawdex permezz tal-Progett Eko Ghawdex li tant niftahru bih.

Progett barra minn postu, monstru fil-lvant ta’ Ghawdex, pass iehor ghall-qerda sostanzjali tal-ambjent li tant ghandna ghal qalbna. Jekk verament irridu lil uliedna jkomplu jgawdu l-ambjent sabih li ghandna Ghawdex, ghandna nghidu le ghall-Progett Qala Creek u iva ghall-harsien nazzjonali ta’ Hondoq! Ahna irridu li l-area ta’ Hondoq ir-Rummien tigi trasformata f’Park Nazzjonali fejn nghaddu l-hin liberu taghna u li qed jitgawda bhalissa jibqa’ jitgawda mill-generazzjonijiet futuri.

Hekk biss il-progett ta’ Hondoq ikun zvilupp sostenibbli u kartolina ghal Ghawdex u attrazzjoni turistika mill-aqwa; kartolina li tkun xhieda tal-ambjent sabih li ghandna Ghawdex u li tigbed hafna ammiraturi u popli ohra biex jimxu fuq l-istess linji ta’ hsieb ghal gid komuni tal-pajjizi rispettivi.

Inheggek sabiex nkomplu niddefendu lil Hondoq ir-Rummien billi tidhol f’dan is-sit elettroniku http://raxerri.com/soshondoq/ u iffirma l-petizzjoni kontra dan il-progett mostruz.

Ahna l-Qalin ilkoll maghqudin, lill-Qala taghna inhobbuha u ma rridu lil hadd jirfes fiha u jaghmel li jrid.

Kuragg! Ejjew nkomplu nuru lil Malta u lil Ghawdex li ahna poplu li niddefendu lil Hondoq ir-Rummien u li ma rridux nitilfuh ghax din hija l-bajja ta’ kulhadd.