Ebda rummien fil-Ħondoq
Pubblikat fuq l-Orizzont nhar l-Gimgha 6 ta' Lulju, 2010 minn Monica Farrugia.
Ħondoq… l-uniku post ver ġni fil-gżira Għawdxija dan l-aħħar reġa’ safa vittma ta’ attakk kontinwu ta’ proposti infrastruttu rali li se jibdluh f’post turistiku bi żvilupp ta’ bini monstruż – l-istess post li llum il-ġurnata fis-sempliċità u s-sbuħija tiegħu, jara għadd kbir ta’ turisti ta’ kuljum fl-istaġun tas-sajf.
Jagħmel sens li wieħed jir ranġa dan il-post biex isir aktar attraenti iżda dan għandu jkun b’mod sostenibbli kemm f’sens ambjentali kif ukoll dak soċjali u fl-interess għar-residenti kif ukoll għal dawk li jridu jqattgħu ftit tal-ħin għall-kwiet u mhux għal ftit li se jgawdu mill-marina u mill-vilel li huma proposti fil-proġett.
Huma bosta l-għaqdiet am bjentali li ħarġu kontra dan il- proġett fosthom il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent, Ħarsien Ħondoq, Ħarsien għall-Ambjent Aħjar u oħrajn li kollha saħqu li dan l-iżvilupp imur ’il bogħod ħafna minn dak sostenibbli.
Minbarra hekk kienu wkoll bosta dawk l-esperti minn oqsma differenti li użaw l-għar fien tagħhom dwar is-suġġett u ressqu l-kritika tagħhom lejn l-istess proġett.
Xbajna nisimgħu b’Eko Għaw dex; waħda mill-‘buzz words’ il- ġodda tal-Gvern Nazzjonalista f’din il-leġiżlatura. Wieħed jis taq si kemm dan il-proġett ta’ Ħondoq jirrifletti tajjeb fuq l- idea ta’ Għawdex Ekoloġiku. Qalu li b’dan il-proġett iridu jkabb ru t-turiżmu fil-gżejjer Mal tin, madankollu ma jgħi dulniex kemm in-numru tat-turisti li jżuru dawn il-gżejjer naqas matul l-aħħar ftit snin speċjalment ta’ dawk li jiffrekwentaw u jagħmlu użu minn lukandi ta’ ħames stilel.
Xiehda ta’ dan hemm l-aħħar istatistika tal-NSO fuq il-lukandi li tindika li sal-2008 n-numru ta’ turisti li joqogħdu f’lukandi naqsu b’mod raġjonevoli speċjalment f’lukandi ta’ ħames stilel, bħalma hemm propost fil-proġett li naqsu minn 61.9% fl- 2007 għall-56.3% fl-2008.
Iżda ejjew naħsbu li l-170 kam ra tas-sodda tal-lukanda, il-vilel u dak kollu li hemm propost ikunu kollha vakanti, speċjalment fl-istaġun tas-sajf, il-konsegwenzi li jġibu magħhom huma kbar. L-effetti ambjentali huma ta’ livell għoli kemm dak marittimu fejn b’dan il-proġett se tinqered il-bijodiversità li wieħed jista’ jgawdi f’Ħondoq kif ukoll, nuqqas ta’ spazju għal ipparkjar u livelli ogħla ta’ tniġġis fl-arja b’konsegwenza ta’ effetti akbar fuq is-saħħa tar-residenti.
Ħondoq fin-natural tiegħu diġà jara għadd kbir ta’ turisti u residenti li jżuruh ta’ kuljum. Konsegwenza ta’ dan it-tniġġis tal-arja huwa wieħed kbir tant li t-triq prinċipali hi meqjusa bħala t-tieni l-aktar triq li hija mniġġsa f’Għawdex. Wieħed jista’ jimmaġina kemm dan se jiggrava iżjed jekk ladarba dan il-proġett jitwettaq.
Huwa importanti li wieħed jifhem li dan mhux proġett li wieħed jista’ jagħżel bejn lukanda biss jew marina biss. Iżda wieħed irid iqis li dan huwa proġett wieħed minħabba li dawk li se jagħmlu użu mill-marina huma l-istess nies li se jagħ mlu użu mil-lukanda kif ukoll mir-residenzi turistiċi oħrajn. Għaldaqstant l-impatt ambjentali huwa wieħed kbir u irrevokabbli.
Hija ħasra li pjanti li ġew imtellgħin minn studenti universi tarji tal-arkitettura ġew mogħtijin il-ġenb meta huma l-istess pjanti li verament jagħtu dehra ferm isbaħ lil dan il-post b’mod sostenibbli mingħajr bini mon struż fejn l-ambjent huwa mħares u fejn kull membru fis-soċjetà hu moqdi b’kull mod possibbli fejn ġew iddisinjati żoni ta’ rikreazzjoni, forestazzjoni, post għall-barbikjus u oħrajn fejn kollha huma mgħamm rin b’panelli solari biex l-ambjent ikun verament im ħares.
Dan kollu jixhed kemm huwa sta għall-Prim Ministru Law rence Gonzi li taħtu taqa’ l-awtorità tal-ambjent u l-ippjanar, il-MEPA, biex dan il-permess jitwaqqaf. Huwa b’dan il-mod li l-Prim Ministru jagħtina garanzija ta’ kemm verament għandu għall-qalbu l-ambjent u kemm tassew jemmen f’waħda mill-ikbar wegħdiet elettorali tiegħu ta’ Eko Għawdex li sal-lum il- ġurnata, sentejn wara l-ħatra tiegħu ta’ Prim Ministru u wara żmien twil ta’ “konsultazzjoni” dan il-proġett għandhom lanqas jafu x’inhu!
Bil-mod kif qegħdin jieħdu d-deċiżjonijiet l-awtoritajiet im mex xijin mill-Gvern Nazzjo nalista ta’ Lawrence Gonzi dak li sal-lum, anke sempliċement f’ismu, jiġbor is-sbuħija naturali għada se jispiċċa ħondoq mingħajr ir-rummien, mingħajr is-seher naturali li jagħmlu ġojjell għall-Għawdxin u l-Maltin.