Il-paroli rhis, l-impenn konkret ghali
Pubblikata fuq l-Kulhadd nhar l-Hadd 25 ta' Lulju, 2010.
Il-kliem irhis u ma jiswix flus anki jekk illum hawn magni tal-kliem li jekk taghlifhom sew jaghtuk dak li trid. L-azzjoni konkreta li taraha u tmissha b’idejk hi ferma aktar ghalja. Bejn kliem hu fatti mhux biss il-bahar hemm jikkumbatti imma fin-nofs hemm ukoll li minn dakollu li tisma’, taghzel int x’temmen jew ma temminx.
Fuq livell ta’ principji, fl-astratt u mhux fil-konkret, id-dokumenti ppubblikati mill-Gvern bhal dak ta’ Eco-Ghawdex, ifawwru bis-slogans, bil-buzz, u bil-kliem poetiku. Il-vera sfida li tirrikjedi l-guts u l-kuragg lilhinn mill-platitudnijiet u l-buzz words, hija kif tittraduci dak il-kliem sabih f’termini konkreti.
Fost il-litanija ta’ platitudnijiet li jirrakkonta d-dokument ippubblikat mill-Gvern ‘Eco-Gozo – A better Gozo’, jghid fost l-ohrajn li Ghawdex ghandu jsir eko-gzira sal-2010, mghejjun minn komunità sostenibbli herqana u kommessa.’
Dan id-dokument jghid ukoll li “rridu naraw li titjib aktar il-kwalità tal-hajja f’Ghawdex permezz tal-edukazzjoni, l-izvilupp ekonomiku u l-progess socjali…Irridu nipprotegu l-istil ta’ hajja f’Ghawdex, l-ambjent, ir-rizorsi, il-kultura u l-identità tal-gzira Ghawdxija… Eco-Ghawdex hija vizjoni ta’ gzira biex issir aktar sabiha, li tispirak u tilqak, li sseddaq, li tkun inklussiva u ta’ succcess. Dan hu essenzjalment dak li eko-gzira sa thabbrek biex tikseb… Eko-Ghawdex mhuwiex semplicement li tahseb b’mod ekologiku, imma vizjoni biex jinkiseb ambjent stabbli u b’sahhtu ghal kwalità ta’ hajja ahjar.”
U l-awtur ta’ dan id-dokument tal-Gvern jkompli jorqom u jdomm il-kliem qiesu xi bicca proza mtaqqla bl-idjoma fjurita: “Ghaldaqstant din mhijiex tfittxija li twassal ghal titjib ambjentali f’izolament, imma li f’dakollu li naghmlu nqisu l-ambjent b’mod kostanti bhala element fundamentali li jiddeterminalna sahhitna, il-gid taghna u dak li jaghmel din il-gzira daqshekk specjali.”
Imma lilhinn mill-poezija u mill-immaginazzjoni fertili tal-awtur, jekk tofroq il-qamh tal-azzjoni konkreta mis-sikrana tal-paroli li ma jridx wisq sforz biex inebbet, xi ssib sewwa sew.
Ir-risposta jaghtihilna l-Prim Ministru Lawrence Gonzi li meta ntalab fil-Parlament ftit tal-jiem ilu biex jiehu pozizzjoni vi jew va dwar l-izvilupp propost ghal Hondoq ir-Rummien gewwa l-Qala Ghawdex, Dr. Gonzi ghazel it-triq tal-gifa Pilatu, hasel idejh u ma riedx jikkommetti ruhu dwar kif dak il-paroli kollu dwar eko-Ghawdex effettivament jittraduci ruhu gewwa Hondoq.
Fil-kaz ta’ Hondoq, dak li hemm fil-keffa tal-mizien mhux xi blokka mdaqqsa ta’ xi nofs tuzzana appartamenti, imma prattikament villagg iehor li mhux biss se johnoq il-bajja ta’ Hondoq ir-Rummien, imma bil-volumi ta’ traffiku li se johloq se jiznatura l-qalba tar-rahal tal-Qala u jtellef hafna min-natural tieghu ta’ villagg rurali.
Quddiem skussjatura bhal din fir-ruh tal-ambjent Ghawdxi, l-Prim Ministru Gonzi ma ndenjax ruhu jghid x’jahseb hu dwar dan il-progett u halla f’idejn il-MEPA. Dan minkejja li fil-Bord tal-MEPA hemm membri li huma mahturin mill-Prim Ministru nnifsu u meta dehrlu li ghandu jigbed l-ispaga dwar progetti partikulari bhall-estensjoni tal-Freeport u tal-power station ta’ Delimara, fejn ried johrog ghonqu Dr. Gonzi hargu. Imma kwantu ghal Qala u Hondoq, ghar-ragunijiet li jafu hu, ghazel li jzomm fommu sieket u addio eko-Ghawdex.
Sadanittant il-Magistrat Paul Coppini, li kien il-President tal-ghaqda ambjentali Wirt Ghawdex u t-tifla tieghu l-avukat Stephanie Coppini, rrezenjaw minn din l-ghaqda minhabba nuqqas ta’ qbil mal-bqija tal-kumitat dwar il-progett ta’ Hondoq.
Filfatt hekk kif il-Magistrat Coppini rrezenja minn President ta’ Wirt Ghawdex, din l-ghaqda harget stqarrija fejn esprimiet ir-rizervi serji taghha dwar il-progett ta’ Hondoq ir-Rummien, u fejn intqal ukoll li kienet ipprezentat l-oggezzjonijiet taghha lill-MEPA.
Wirt Artna filwaqt li taqbel li l-barriera li hemm fl-inhawi ghandha tigi rijabilitata, hija preokkupata li l-jott marina li hemm ippjanata, se thassar din iz-zona kostali unika.
Wirt Artna esprimiet ukoll id-dubji taghha dwar il-htiega ta’ jott marina ohra tefgha ta’ gebla ‘l boghod minn dik tal-Imgarr, li ghadha kif giet ipprivatizzata. Wirt Artna hija tal-fehma li Ghawdex ghandu bizzejjed bini vojt u l-kostruzzjoni ta’ kumpless iehor massiv ta’ appartamenti u vilel m’hu tal-beda beneficcju ghal-livell tal-ghixien gewwa Ghawdex.