Il-Prim Ministru nnifsu ftit ilu qal li dwar il-proġett tal-White Rocks kien se jitkellem biss fil-Parlament hekk kif ikollu d-dettalji kollha f’idejh u n-negozjati jkunu ġew finalizzati.
Oħroġ il-għaġeb ftit jiem ilu l-Partit Nazzjonalista mhux biss għażlu li pura ment f’livell ta’ partit iżom mu laqgħa għall-għeruq fejn ingħataw dettalji dwar il-proġett tal-White Rocks qabel ma kellhom id-diċenza li jmor ru quddiem il-Parlament, iżda skont il-magażin interessanti The Architect li huwa l-leħen uffiċjali tal-Kamra tal-Periti sirna nafu tagħrif li fil-Parlament qatt ma ġie doku mentat.
Fost affarijiet oħrajn li l-‘holding company’ tal- White Rocks tinkludi nsibu lil Mott MacDonalds flim kien ma’ konsulenti u ‘pro ject team members’ oħrajn bħall-Faulkner browns Archi tects, gleeds, PMP Gene sis, Cushman & Wakefield u Land Use Com.
Kif kien mistenni ma ssem ma xejn dwar min huma l-interessi Maltin involuti – għalkemm kulħadd fil-mestier donnu jaf diġà – filwaqt li diġà qegħdin jissemmew in-nies li se jagħ mlu l-kuntratti u jimbuttaw il-proġett ’il quddiem. U min se jidher għal min.
Mingħajr ma ridt ċerti affa rijiet li smajt fakkruni fis-serje televiżiva Amerikana ta’ Archie Bunker – “All in the Family!”
In-negozjanti u l-interess tagħhom
Dan l-aħħar il-PM tkaża għax il-promoturi oriġinali tal-White Rocks stqarrew fil-midja li ħassew ruħhom ittraduti mill-mod kif il-Gvern kien mexa magħhom. Flok ma tahom raġun għajjarhom li kienu moħħhom biss biex iħarsu l-interessi tagħhom!
Din isbaħ! X’fiha ħażin li negozjant – hu min hu – iħares l-interessi tiegħu? Dment li dan isir f’mod leċtu għandu kull dritt li jagħmel dan. Anzi għandu d-dmir ukoll.
L-istess kif jiena ġieli nikkritika lil ċerti spekulaturi li jiġu jaqgħu u jqumu mil-liġijiet tal-pajjiż u jaħsbu li jistgħu jsoddu u “jixtru” lil kull min iridu kif iridu, napprezza li fil-pajjiż hawn għadd sabiħ ta’ intraprendituri Maltin li lesti jinvestu flushom biex b’hekk apparti milli jagħmlu qligħ xieraq, joħolqu wkoll impjiegi għall-familji Maltin u Għawdxin.
Dment li dawn in-nies ma jagħmlu xejn illegali jew jipprovaw jiksru l-liġijiet am bjentali tal-pajjiż jixirqil hom kull appoġġ u inkoraġġiment.
L-intraprenditur Malti għan du jkollu rwol prominenti u importanti fl-iżvilupp ekono miku ta’ pajjiżna daqs kull investitur barrani li jiġi fostna biex jinvesti flusu f’xi pro ġett.
L-agħar huwa meta jkollok Prim Ministru li għax waraj hom jistgħu jkunu allegata ment moħbija ċerti nies qrib tal-partit tiegħu, donnu jagħ mel minn kollox biex jaġevola investituri barranin à skaptu ta’ investituri Maltin – ħafna drabi billi jbiddel ir-regoli tal-logħba għall-vantaġġ ta’ dawn tal-ewwel.
L-iskandlu tal-Ħondoq
L-aktar ħaġa skandaluża dwar Ħondoq ir-Rummien mhix biss li tal-Partit Nazzjo nalista lesti li jippermettu sfreġju ambjentali permezz ta’ proġett li l-kotra taqbel li mhuwiex sostenibbli – mill-Kap tal-Oppożizzjoni sal-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja.
Iżda li konvenjentement tal-Partit Nazzjonalista qegħ din jindirizzawh b’ilsna differenti ħalli jogħġbu lil kulħadd… jekk jista’ jkun f’daqqa.
Waqt is smigħ pubbliku fil-Qala kien hemm kandidat Nazzjonalista għall-Parlament Ewropew li ddefenda l-proġett bħal donnu kien xi ‘baby’ tiegħu. Min-naħa l-oħra kan didat ieħor tal-PN għall-istess Parla ment tkaża bl-isfreġju ambjentali li dan kien se jġib miegħu.
Filwaqt li Giovanna Debono bħas-soltu dehret li qagħdet gallarija, nies qribha huma magħrufin li qegħdin jappoġġ jaw il-proġett bis-sħiħ filwaqt li Chris Said ma jidhirx li kkummenta dwar dan kollu.
Għal dawk li huma kun sillieri tal-Partit Nazzjonalista, min tkellem kontra, min favur u min għażel li jibqa’ sieket.
X’se jagħmel il-Partit Nazz jo nalista fil-mu ment tal-verità għad irridu naraw.
L-aqwa li Mario de Marco qal li se jkollna politika am bjentali “ġdida”!
San Ġwann – 1985-2010
Din is-sena l-festa tar-raħal ta’ San Ġwann ikkonċediet ukoll mal-25 anniversarju mit-twaqqif tal-banda jew kif inhi magħrufa aħjar bħala l-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Lourdes San Ġwann. Diġà għamlu kunċert għall- okkażjoni u ma kienx jonqos li jagħmlu l-istess lejlet il-festa.
Insellem minn hawn kemm lilhom, kif ukoll lill- Kappillan li ilu jservi xi sitt snin jew aktar u li ġab għaqda u ‘team spirit’ ġdid fil-lokal, lill-Kumitat tal-Armar u l-Kumitat tal-Għaqda tal-Festa Esterna kif ukoll lil dawk kollha li taw sehemhom fl-imgħoddi u li għal xi raġuni jew oħra ma għadhomx iservu iżda li l- frott tax-xogħol tagħhom għadu jidher u jinħass. |