SOS Hondoq News

Wednesday, July 28, 2010

Il-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja dwar il-progett ta’ Hondoq

Pubblikat fuq l-Kulhadd nhar l-Hadd 25 ta' Lulju, 2010

Il-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja ma tridx li naghmlu ‘presepju’ minn Ghawdex, izda li nizguraw li kull zvilupp li jsehh f’din il-gzira jkun wiehed li jtejjeb verament il-kwalità tal-hajja tac-cittadini u jhares lejn gwa dann ekonomiku fit-tul u ghall-gid komuni.
Wahda mill-problemi (jew diffikultajiet) identifikati mill-progett huwa l-fatt li bhalissa l-industrija tat-turizmu f’Ghawdex ghaddejja minn diffikultajiet. Il-progett ta’ Hondoq qed jipproponi li jirdoppja n-numru ta’ sodod fil-kategorija ta’ lukandi b’hames stilel, fi zmien meta lukandi ta’ dan it-tip ghandhom diffikultajiet.

Ghalhekk il-lukanda wahidha gewwa Hondoq ma tkunx eko no mikament vijabbli sakemm ma jkunx hemm il-villagg turistiku u l-marina marbutin mieghu. Fl-istess hin jinghad mill-promoturi tal-progett li l-lukanda hija parti integrali mis-servizzi bzonnjuzi ghas-success tal-marina. Fi ftit kliem: jew kollox, jew xejn!

Fl-istess waqt, dan il-progett fuq skala kbira huwa pprezentat bhala sforz sabiex jirrijabilita l-inhawi ta’ Hondoq, inkluz il-barriera mitluqa u mimlija hmieg u skart u l-art tal-madwar. L-argument baziku tal-proposta hu li jekk irridu nnaddfu lil Hondoq ghandna bzonn il-flus, u dawn il-flus ikunu ggenerati biss mill-progett fih innifsu.

L-istudju li sar fuq inkarigu tal-promoturi stess (l-EIS) isostni li l-kwalità tal-bahar ta’ dan il-post hija wahda tajba hafna u li l-ambjent tal-post hu wiehed trankwill u bla mittiefes (minkejja li matul is-Sajf mijiet ta’ nies jinvadu l-post). Dan l-istudju jidentifika numru ta’ impatti li dan il-progett jista’ jkollu fuq il-kwalità tal-ambjent tal-inhawi, izda jkun pront jispjega kif dawn l-impatti jistghu jkunu mitigati permezz ta’ numru ta’ konsiderazzjonijiet waqt il-fazi ta’ kostruzzjoni kif ukoll meta il-progett jibda jopera. Fi kliem dan l-istudju:

“The promoters and designers of the project spared no expense and left no stone unturned in order to ensure that all possible mitigating measures were taken and implemented.”

Sfortunatament, dan l-istess kliem juri t-tendenza rikorrenti ta’ dan l-istudju li jqis il-mizuri ta’ mitigazzjoni bhala mizuri li zgur ser jahdmu. Fil-verità wiehed qatt ma jista’ jaccerta ruhu li dawn il-mizuri ser ikun implementati u implementati b’success, qabel mal-istess progett jibda jopera.

L-EIS jaghmel diversi attentati sabiex juri li, minkejja l-iskala kbira tal-progett, l-izvilupp ser jeffettwa ftit li xejn il-pajsagg tal-post minhabba li hafna mill-binjiet ser ikunu ‘mohbija’ fil-hofra tal-barriera. Fl-istess waqt l-EIS jaghmel diversi paraguni mal-izvilupp tal-marina f’Portomaso, San Giljan. L-EIS jikkonferma li l-marina ser tipprovdi progett fuq skala internazzjonali li jigbed lejn Ghawdex l-istess opportunitajiet (successi) li holoq il-progett ta’ Por to maso.

Filwaqt li dan ir-ragunar jaghmel sens, l-istess ragunar iwassalna sabiex naghmlu din l-osservazzjoni: Portomaso huwa progett li mela nicca li qabel kienet okkupata mill-Hotel Hilton l-antika. Din in-nicca kienet parti integrali minn zvilupp urban kbir u mifrux li jinkludi Paceville, San Giljan u Tas-Sliema.

Fil-kas tal-izvilupp propost f’Hondoq, l-iz vi lup paturi qed isostnu li l-progett jibqa’ principalment limitat (ghallinqas il-parti il-kbira tieghu) ghall-footprint tal-barriera u l-inhawi fil-vicin. L-istess tpingijiet tal-progett jaghtu indikazzjoni ta’ zvilupp intens ta’ binjiet im daw rin mal-marina, speci ta’ Portomaso ie hor, tranpjantat f’izolament stupend f’Hondoq ir-Rummien.

Madankollu, dan hu propost minghajr konsiderazzjoni tal-impatt li dan il-progett ser ikollu fuq l-izvilupp urban u l-firxa ta’ binjiet ohra (urban sprawling) li jinbtu minnu li jibqghu jinfirxu max-xtut u ’l gewwa lejn il-Qala. Anke minn ghandu idea bazika ta’ ippjanar jistaqsi jekk hux possibbli tinjora dan l-impatt ta’ progett ta’ din id-dimensjoni?

Hemm zewg xenarji quddiemna. Jista’ jkun li, mal-medda taz-zmien, il-marina u l-kumpless ta’ Hondoq, kif proposti llum, jibqghu izolati fil-kampanja meraviljuza tipikament Ghawdxija. Inkella jista’ jkun li, maz-zmien, dan it-tieni Portomaso gewwa Hondoq, iservi ta’ centru li minnu nfirxu binjiet ohra ferm ’lil hinn minn dawk li jkunu gew approvati. Meta tqis il-mod kif isehh l-iz vilupp u r-regoli tal-ippjanar, il-Kum miss joni Ambjent tal-Knisja hija tal-fehma li t-tieni xenarju hu aktar probabbli u ghalhekk issostni li kull zvilupp ta’ marinas ghandu jithalla jsehh f’inhawi fejn digà jezisti certu livell ta’ zvilupp urban.

L-impatt socjali tal-progett

Minbarra dawn l-argumenti li jikkoncernaw l-ippjanar u l-uzu ghaqli tal-art, il-Kummissjoni thoss li din il-proposta ghall-izvilupp ta’ Hondoq ir-Rummien turi insensittività socjali kbira. Il-Kummissjoni ma tistax tifhem kif l-izviluppatur ghazel li jinjora l-fatt li l-maggoranza tar-residenti tal-Qala, li sa jkunu milquta direttament mill-progett, huma kontra dan l-izvilupp kif propost.

Minbarra dan hemm ukoll aspetti ta’ mitigazzjoni fl-EIS, perezempju l-ghoti ta’ twieqi double glazed biex jitnaqqas l-inkonvenjent tal-istorbju u l-emissjonijiet fl-arja, li juru l-mod superficjali kif problemi reali ghall-popolazzjoni lokali qed jin ghataw importanza sekondarja. At teg ga menti simili jqajmu suspetti serji dwar ir-responsabbiltà socjali ta’ dan il-progett.

Eko-Ghawdex

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-izvilupp kif propost f’Hondoq ir-Rummien m’huwiex wie hed sostenibbli u difficli tiggustifika li dan jirrapprezenta gid akbar u kwalità ta’ hajja ah jar ghall-Ghawdxin ghal zmien twil. Dan ghax il-progett mhux ser iservi sabiex jikkonserva l-identità tal-pajsagg u s-sbuhija tal-inhawi li ghandhom ikunu l-attrazzjoni principali li biha tigbed l-aqwa turist lejn Ghawdex.

Bl-iskuza tal-bzonn li titnaddaf il-barriera ezistenti u li jigi rrangat il-post, hemm il-periklu li ssir spe kulazzjoni fuq l-art minghajr ma jinghata qies ta’ x’ser jonqsilna mill-prodott turistiku li irridu noffru. Kienet hasra li l-izviluppatur thalla jixtri din l-art minghajr ma min beghhielu ma nduna jew ma impurtahx mill-hsara li tista’ issir minn dan il-bejgh.

Fl-ahharnett il-Kummissjoni ghamlet appell lil kulhadd, specjalment lil dawk kollha li semmew lehinhom kontra dan l-izvilupp f’Hondoq ir-Rummien. Li jitwaqqaf dan il-progett mhux bizzejjed. Dan ikun biss l-ewwel pass.

Hemm bzonn urgenti li nkunu ferm aktar proattivi fil-mod kif nindukraw il-wirt Ghawdxi. Hemm bzonn li naraw kif it-telqa ta’ barriera u l-isfregju ambjentali ta’ mad-dawra taghha ghandhom ikunu indirizzati b’mod prattiku u konkret fil-programm Eko-Ghawdex. Ir-rigenerazzjoni tal-post ser ikollha bzonn il-flus.

Aktar milli jinghata l-lok ghal aktar spekulazzjoni tal-art, dawn il-fondi ghandhom jigu minn programmi nazzjonali ppjanati b’mod holistiku li verament ikollhom l-iskop li jissarfu fi kwalità ta’ hajja ahjar ghall-Ghawdxin kollha u prodott turistiku ahjar.

Il-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja ghandha bhala Chairperson lill-Professur Victor Axiak u bhala membri lil Fr Eric Overend, Dr Paul Pace, Pauline Borg, Dr. Vincent Buhagiar, Mario Camenzuli, Dr Mario Fsadni, Audrey Gauci, Pauline Grech, Emanuel Scicluna, u Patri Dionisius Mintoff.

L-izvilupp kif propost mill-izviluppaturi

L-izvilupp propost jinkludi il-bini ta’ marina (ghal madwar 150 jott), hotel ta’ hames stilel li tinkludi 150 unit, u villagg turistiku. L-izviluppaturi ipprezentaw dan l-izvilupp bhala mezz ta’ kif il-barriera mitluqa li tinsab f’din il-bajja, titnaddaf u tibda tintuza sabiex tiggenera l-flus permezz ta’ binjiet turistici u residenzjali u lukanda. Sabiex dan isehh, skont l-izviluppaturi jenhtieg li tinbena marina li tkun il-qofol ta’ dan il-progett.

L-izvilupp sostenibbli skont il-Knisja

Il-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja ssostni li “… ma jistax ikun hemm zvilupp jekk dan ma jkunx sostenibbli.

Bi zvilupp nifhmu bidla ghall-ahjar li tissarraf fi stabbiltà akbar tas-sistema, u f’zieda fil-gid komuni li jkun jista’ jitgawda minn kulhadd. Dan ma jfissirx protezzjoni tal-ambjent akkost ta’ kollox jew li l-izvilupp ma jgibx mieghu xi piz socjali. Ragunar bhal dan hu fqir u perikoluz.

Imma bl-istess mod, argumenti favur zvilupp ekonomiku li ma jirrispettax il-bzonnijiet socjali u ambjentali tal-pajjiz huma foqra u pe ri koluzi wkoll. Ragunar bhal dan jista’ jwassal ghall-progetti li filwaqt li jkollhom il-mira li jzidu x-xoghol, il-kom pet titività u l-gwadann eko no miku, jis piccaw sabiex ftit nies igawdu ghad-dannu tal-kwalità ta’ hajja (f’sens socjali, ambjentali u anke f’sens eko no mi ku) tal-bqija tas-socjetà.

It-turist tal-lum sar hafna aktar sensittiv ghall-esperjenza kompluta tal-post li jigbor fil-jiem li jaghmel fostna. L-indikazzjonijiet huma diga’ hemm ghal min irid jarahom.

L-industrija tat-turizmu lahqet il-livell ta’ saturazzjoni taghha u minhabba f’hekk digà qed jinhassu sew l-effetti fuq il-kwalità tal-ambjent ... b’mod li l-istess prodott turistiku Malti sar inferjuri. Ta’ xejn jizdiedu l-isforzi biex jinbiegh prodott fjakk. Kull inizjattiva gdida fil-qasam tat-turizmu tkun konto-produttiva jekk ma twassalx sabiex:

• jizdied il-qligh izda mhux in-numru ta’ turisti li jigu jzuruna;

• l-ammont ta’ turisti li jzuruna jkun mifrux mas-sena kollha u mhux ikkoncentrat fis-Sajf;

• ma nkomplux innaqqru aktar mir-rizorsi ambjentali taghna, bhall-pajsagg tipikament Malti, il-bijodiversità u l-istess identità kulturali taghna;

• jitnaqqas il-monopolju li ghandhom l-operaturi tal-ivvjaggar fuq dan is-settur, specjalment fil-kwalità ta’ turisti li jzuruna, u

• tonqos id-dipendenza kbira li l-ekonomija tal-pajjiz ghandha mid-dhul ta’ din l-industrija.”

Jidher li minn naha tal-awtoritajiet, l-affarijiet tbiddlu xi ftit mill-2006 (meta nkitbu l-hsibijiet ta’ hawn fuq). Jidher li llum hemm hafna aktar sensittività ghall-bzonn li l-industrija tat-turizmu tirrispetta l-bzonnijiet socjali u ambjentali sabiex hija stess tkun tista’ tilqa’ l-isfidi ekonomici li jitfaccaw minn zmien ghal zmien. Huwa f’dan l-isfond li l-Kummissjoni offriet il-fehma taghha dwar il-progett ta’ Hondoq ir-Rummien.