Il-proġett ta’ Ħondoq ir-Rummien: Diversi diskrepanzi fiċ-ċifri msemmijin fl-EIA
Pubblikata fuq l-Orizzont nhar t-Tlieta 27 ta' Lulju, 2010 minn Charmaine Craus.
Dan il-proġett għandu l-appoġġ tal-Gvern, minkejja li par ti minnu se jinbena fuq żona li hija barra mill-iżvilupp (ODZ) u minkejja li r-residenti Qalin u l-għaqdiet ambjentali kollha huma kontra li dan il-proġett isir, minħabba li se jfisser il-qerda tal-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien darba għal dejjem. Fil-fatt, f’referendum li kien sar, 85% tar-residenti vvotaw kontra l-ħsara irriversibbli li mistennija ssir fuq din il-bajja.
Skont dokumenti li għandu f’idejh l-orizzont, jirriżulta li f’sezzjoni A3, (li tfisser it-tielet volum ta’ Appendiċi A) tal-istudju dwar l-impatt ambjentali, li tanalizza l-impatt viżiv, l-emissjonijiet fl-arja, l-impatt ekonomiku u aspetti soċjali, jingħad li l-lukanda se jkollha 170 kamra. Iżda jekk wieħed ikompli jaqra, f’parti oħra jin għad ukoll li l-lukanda se jkollha 160 kamra waqt li f’parti oħra, jingħad ukoll li l-lukanda se jkollha 170 ‘double bedroom’.
Mhux hekk biss, iżda fis-sezz joni CR (coordinated and tech nical report), li huwa sommarju tal-aspetti kollha tal-proġett, jingħad li l-lukanda se jkollha 110 ‘double bedroom’.
L-akbar diskrepanzi f’dan l-istudju jissemmew fin-numru ta’ spazji li l-proġett se jkollu għall-parkeġġ. Sezzjoni A3 titkellem fuq tliet ċifri differenti. F’parti minnhom jingħad li se jkun hemm total ta’ 731 spazju għal parkeġġ taħt l-art, waqt li f’parti oħra jingħad li se jkun hemm 660 spazju taħt l-art, li 80 minnhom se jkunu allokati għall-pubbliku u f’parti oħra jingħad li se jkun hemm 90 spazju allokat għall-pubbliku. Iżda mhux hekk biss. Fis-sommarju jingħad li se jkun hemm 1,290 spazju u f’parti oħra jin għad li se jkun hemm 1,249 spazju għall-parkeġġ!
Diskrepanzi oħrajn jisemmew ukoll fin-numru ta’ vilel li se jinbnew f’dan il-proġett. Filwaqt li f’sezzjoni A3 tal-is tudju dwar l-impatt ambjentali jingħad li se jkun hemm 25 villa, parti mis-sommarju titkellem dwar 35 villa u parti oħra titkellem fuq 20 villa.
Anke dwar in-numru ta’ ħwie net li se jkun hemm fil-proġett, jeżistu żewġ diskre panzi għax f’parti minn sezzjoni A3 jingħad li se jkun hemm 60 ‘self-catering unit’ u f’parti oħra, jingħad li se jkun hemm bejn 50 u 60 wieħed. Dwar kemm se jkun hemm stabbilimenti tal-ikel, parti fis-sezzjoni A3 tgħid li se jkun hemm ħames stabbilimenti waqt li parti oħra tgħid li se jkun hemm għaxar stabbilimenti.
Hemm diversi mistoqsijiet oħ rajn li jduru ma’ dan il-proġett, fosthom il-fatt li l-Pjan Lokali għal Għawdex u Kemmuna (14.8.4) jiddeskrivi ż-żona ta’ Ħondoq ir-Rummien bħala żona li għandha densità baxxa meta l-proġett se jinkludi lukanda, vilel, appartamenti, stabbilimenti tal-ikel u ħwienet oħrajn, kif ukoll parkeġġ kbir taħt l-art u ‘yacht marina’.
Hemm mistoqsijiet oħrajn dwar kif is-sommarju tal-istudju jsemmi li mhuwiex il-każ li l-bajja se tkun iffollata bin-nies, meta huwa ovvju li bil-proġett, se jkun hemm ħafna iżjed nies li se jagħmlu użu mill-bajja u għalhekk ma tantx huwa possibbli li l-bajja ma tkunx iffrekwentata minn mijiet ta’ nies.
Skont l-istudju dwar l-im patt ambjentali, jidher li matul il-perjodu ta’ tħaffir u kostruzz joni, in-numru ta’ trakkijiet li jidħlu u joħorġu minn fuq is-sit se jkun ta’ trakk kull erba’ minuti iżda mhux se jkun hemm żieda ta’ traffiku li se jgħaddi mill-Qala u minn Tal-Kunċizzjoni. Madankollu, jissemma kif meta l-proġett jibda jopera, se jkun hemm żieda ta’ madwar 456 vettura żgħira li jidħlu u joħorġu mill-Qala ma tul l-aqwa ħinijiet tal-ġurnata.
Il-Kummissjoni tal-Ambjent tal-Knisja
Fil-jiem li għaddew, il-Moviment Ħarsien Ħondoq esprima s-sodisfazzjon tiegħu b’reazzjo ni għall-pożizzjoni li ħadet il-Kummissjoni tal-Ambjent tal-Knisja kontra l-proġett.
Filwaqt li l-Kummissjoni rri ko noxxiet il-ħtieġa għal żvi lupp sostenibbli f’Għawdex, id dikjarat uffiċjalment il-fehma tagħha li dan il-proġett se jkun ħsara ambjentali, fiżika, soċjali, turistika, ekoloġika mhux biss għar-residenti tar-ra ħal tal-Qala iżda wkoll għal dawk kollha li jżuru l-bajja.
Fi stqarrija maħruġa minn Paul Buttigieg, li huwa wkoll kunsillier fil-Kunsill Lokali tal-Qala b’maġġoranza Nazzjonalis ta li qiegħed joġġezzjona għal dan il-proġett, il-Moviment faħ ħar lill-Kummissjoni għal ta li inizjattiva u rringrazzjaha għall-impenn tagħha favur il-Qalin u dawk li jiffrekwentaw din il-bajja.
Il-Moviment awgura li tali stqarrija tiġi kkonsidrata b’im ħuħ miftuħin li japprezzaw ir-rapporti tal-Professuri Jeremy Bossivain / Steven Vella, Alan Deidun u Lino Bian co.
B’hekk, għandhom jittieħdu deċiżjoni jiet li jħallu lil Ħondoq ir-Rummien fl-istat naturali tiegħu.