SOS Hondoq News

Wednesday, March 21, 2007

Hondoq Ir-Rummien!!

Pubblikata fuq it-Torca nhar l-25 ta' Frar, 2007.

Kull darba li jkunu resqin l-elezzjoinijiet, kemm tal-Kunsilli Lokali jew dik generali f’pajjizna, l-awtoritajiet governattivi biex jikkuntentaw lil hbieb tal-hbieb jew biex jakkwistaw ftit voti, japprovaw kull xorta ta’ permess, fejn l-ambjent naturali f’pajjizna qieghed jinbidel ghal dak kummercjali.

Konna ahjar meta konna aghar, jghid qawl Malti. Figuri li ta’ spiss johorgu mic-centru Nazzjonali ta’ l-Istatistika ilhom jindikaw in-nizla fit-turizmu, jew mhux se jonqsu l-prezzijiet li l-gholi taghhom ghandu tort dan il-gvern, nistghu naghmlu l-angli jizfnu ghax xorta mhux gejjin.
Il-privat li nvesti flusu jistenna kull ghajnuna min-naha governattiva, izda jekk l-progetti jiehdu l-korsa bhal dak tac-cirkewwa u l-Imgarr zgur li mhux awgurju tajjeb. Permessi ghal certi progetti approvati qed ikunu ta’ skomdu kbir ghall-industrija turistika, specjalment fejn jidhlu toroq principali.

X’inhi r-realtà Minn din il-pagna gbidna diversi drabi l-attenzjoni ta’ l-awtoritajiet koncernati ghat-telqa kbira li ilha s-snin tezisti f’Ghawdex specjalment f’toroq li iwassluk lejn postijiet turistici. Uhud minnhom kien hemm fondi approvati biex jkunu up-graded, xoghol li kellu jibda sitt xhur ilu, izda sa llum ghadu ma sar xejn. Qed nirreferi ghat-Triq tax-Xlendi.

Ghaliex kellha tkun din il-pagna li tikkummenta dwar id-dizordni li tinsab fi Triq l-Imgarr hekk kif tasal hdejn l-istitut ta’ San Guzepp, triq li kull turist irid ta’ bilfors jaghmel uzu minnha, b’nuqqas kbir ta’ sinjali li jiggwidaw it-traffiku Illum hu ta’ sodisfazzjon ghalina li wara dan l-artiklu bdew jitwahhlu diversi tabelli tat-traffiku. It-turist hu bhal ghasfur tal-passa jekk jitgerrex ma jergax jigi u jekk jaghmel kritika dwar l-istat hazin ta’ pajjizna, jitkerrxu hafna iktar turisti. L-awtoritajiet jafu b’dan jafu wkoll kemm min dawk it-turisti li zaruna dawn l-ahhar snin, kemm minnhom regghu lura ghal btala ohra f’pajjizna ghat-tieni darba. Dan kien percentagg zghir wisq, ikkalkulat 10%. Rapporti u ittri li dehru f’bosta gurnali lokali jikkonfermaw dan. Il-kummenti dejjem kienu dwar id-dizordni fit-toroq u l-qerda ta’ l-ambjent naturali.

Illum se nitfghu harsitna lejn wiehed mill-gahwar ta’ ambjent naturali tagna – il-Bajja ta’ Hondoq ir-Rummien fil-lokalità tal-Qala. Il-privat kien xtara barriera qadima li minnha kien jinqata’ gebel tal-qawwi kbir u wara kien jinhadem bhala irham ta’ Ghawdex. Xtara wkoll l-art ta’ madwar il-bajja ta’ hondoq ir-Rummien minghand il-patrijiet ta’ Santu Wistin. Jidher li dawn il-patrijiet lanqas biss kienu jafu li fuq din l-art hemm mibnija kappella storika u antika ddedikata lil-Madonna tal-Blat. Illum grazzi ghal dawk kollha li taw is-sehem taghhom biex fil-prezent qed terga’ titgawdi min dawk li jzuruha. Fl-2002, l-izviluppaturi li xtraw din l-art tefghu applikazzjoni ghal progett monstruz li kien jikkonsisti fl-jott marina, lukanda, apartamenti, ristoranti u toroq godda iserpu fil-blat bl-isem ta’ Qala Creek. F’kelma ohra kienet se ssir stragi shiha lill-ambjent naturali f’dawn l-inhawi. Il-poplu tal-Qala ma qaghadx lura b’idu fuq zaqqu. Ma riedx li din il-bajja titkisser ma riedx li l-gzira Ghawdxija titlef wahda mill-isbah bajjiet naturali li sfortunatament fadlilha. Il-poplu mar kontra dan il-progett u sab ghajnuna kbira, sab l-appogg ta’ bosta ghaqdiet kemm religjuzi, ambjentali kif ukoll politici. Grupp ta’ zghazagh mil-lokal tal-Qala holqu ghaqda favur l-ambjent bl-isem Moviment Harsien Hondoq, li wiehed jista’ jzur il-website www.soshondoq.blogspot.com.

Il-Kunsill Lokali tal-Qala kien maqsum fuq dan il-progett, izda dawk favur x’hin indunaw li l-maggoranza tan-nies kienet kontra, kellhom bla ma jridu jbaxxu rashom. Madwar erba’ snin ilu kien sar referendum fost il-Qalin fejn hargu jivvotaw 75% elegibbli ghall-vot. Ir-rizultat kien 85% kontra li jitwettaq dan il-progett Qala Creek filwaqt kien hemm biss 15% favur.

Matul is-sena l-ohra l-istess zviluppaturi ta’ l-art regghu tefghu applikazzjoni ohra, din id-darba fuq skala izghar, s’intedni ghax kienet gejja l-elezzjoni. Ghalkemm jidher li l-kunsillieri u l-kanditati li se jikkontestaw ghall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Qala huma kontra dan il-progett, uhud minnhom donhom ghandhom sarima ma halqhom. Ftit li xejn qieghdin jitkellmu favur jew kontra dan il-progett. Uhud minnhom qieghdin jibzghu jifthu halqhom, ghax hadd ma jrid jitlef is-siggu.

Kemm Lawrence Gonzi kif ukoll Giovanna Debono dan l-ahhar esprimew diversi drabi li huma favur il-progett Qala Creek. Mal-Qalin dan id-diskors mhux qed jinzel bil-hlewwa u dan deher car fejn fl-ahhar laqgha li attenda ghaliha il-prim ministru attendew biss 18-il persuna mil-lokal. Dan il-gvern biex jaqdu ftit hbieb tal-hbieb qieghed imorru kontra ir-rieda tal-maggoranza tal-poplu tal-Qala, li erba’ snin ilu vvotaw kontra dan il-progett.

Meta titwettaq xi haga kontra r-rieda ta’ l-poplu, dan tkun tfisser dittatura, ghax jien ghandi s-sahha.

Sfortunatament il-kunsill tal-Qala li b[al kull kunsill lokal iehor li huma mmexxi minn maggoranza Nazzjonalista f’dawn xhur ta’ qabel l-elezzjonijiet hadu l-hajja u ziedu l-hidma taghhom ghal aktar progetti, li uhud minnhom fil-lokalità tal-Qala tant qieghdin isiru b’ghaggla, li fi Triq l-10 ta’ Ottubru u Triq il-Virgi, minn taghrif li waslilna, l-ewwel saff ta’ tarmak f’certu partijiet ghandu xorti hemmx daqs pulzier tarmak. Jekk dan verament qed jitwettaq qieghdin nahlu flus il-poplu.

Forti Sant’Antnin maghrufa fost il-Qalin bhala it-Trunciera, post storiku ta’ zmien il-Kavallieri, li ilu abbandunat ghal ghexieren ta’ snin, insterqu minnu xi armi li kien hemm fil-faccata, fejn biex sar dan twettaq vandalizmu fl-entratura tal-bieb. Issa ghax waslet l-elezzjoni, jinghad li se jkun restawrat bi spiza ta’ Lm35,000. Jidher li l-Kunsill Lokali tal-Qala ghandu f’idejh Lm29,500. Nistaqsu x’qed jistenna l-Kunsill la darba hu kkalkulat li x-xoghol se jiehu madwar sentejn Tghid bhal kull progett iehor governattiv, l-ispiza fuq dan ir-restawr sa dak iz-zmien ghanda mnejn tkun id-doppja

Hawn inheggu l-poplu tal-Qala biex fl-elezzjoni tal-Kunsill Lokali fl-10 ta’ Marzu johrog jivvota bi hgaru. Jerga’ jaqdi dmiru u jirrepeti l-istess rizultat ta’ erba’ snin ilu, din id-darba kontra dawk il-kandidati li t-twemmin politiku li huwa favur il-progett ta’ Hondoq ir-Rummien u l-qerda ta’ l-ambjent. Jivvota biss ghall-kanditati Laburisti li bil-provi u mhux bil-paroli huma kontra dan il-progett.