Kalkolu Dubjuz
Pubblikata fuq It-Torca nhar is-7 ta' Jannar, 2007.
Sur Editur,
Fil-Qala u l-inhawi tal-madwar ghadu kemm sar "survey" dwar il-propost progett f'Hondoq ir-Rummien minn xi studenti ta' l-Universita' taht it-tmexxija tal-professur Mario Vassallo, liema stharrig kien ristrett hafna, tant li jiena nqisu semi-sigriet. Fil-fatt meta tlabt kopja tieghu ma nghatatlix.
Bejni u bejn ruhi ghedt: hawn rieha tinten. Kelli naghmilha ta' wiehed favur l-progett biex gejt intervistat u allura nkun naf il-kwalita' tal-kontenut tieghu. Ballecc ma mortx zmerc! Il-mistoqsijiet ma jhallux li wiehed jesprimi fil-liberta' lilu nnifsu, ghaliex kull kif wiehed jirrispondi, certi risposti dejjem jistghu jigu nterpretati favur l-qerda ambjentali tal-post. fih toghma qawwija li jiffavorixxi lil izviluppaturi u zgur li ser iservi ta' paraventu biex johrog rizultat pervers li jservi biex iktar Hondoq ir-Rummien jigi stuprat u mieghu ssofri l-kwalita' tal- hajja fil-Qala.
Tajjeb li kieku nkunu nafu l-kwalifiki li ghandu l-professur Mario Vassallo fil-fora ambjentali u l-kontribuzzjoni tieghu fl-Universita' u kemm dal-kalkolu ser ikun ta' gid ghan-nazzjon u min qieghed jiffinanzja dan l-istudju. Qawl Malti jghid : 'Bil-flus taghmel triq fil-bahar'. Nittamaw li l-poplu tal-Qala u dawk kollha li jiffrekwentaw l-bajja ta' Hondoq ir-Rummien, inkluzi l-barranin, ma jsibux ruhhom mirduma fi triq simili, frott ta' poter abbuziv u kapitalist.
Jien niddisassocja ruhi minn dan is-"survey" u nittama li ma nigix maghdud bhalli kieku qed nirraprezenta min jaf kemm mijiet ta' nies fl'ghama ta' dak li qed jigri. Ir-referendum dwar dan il-progett, li sar ftit ilu, hu indikattiv bizzejjed u l-volonta' tal-poplu ghandha tigi rrispettata. Il-MEPA ma tistax tinjorah ghaliex tkun qiehgda tmur kontra dak li tesigi l-UE.
Nistiednu lill-Professur Vassallo biex jidhol fil-websajt www.soshondoq.blogspot.com u jara l-polz ta' kull min, b'rasu fuq ghonqu, hu nteressat li jsalva l-ambjent naturali ta' Hondoq ir-Rummien u halla l-messagg tieghu.
Paul Buttigieg