SOS Hondoq News

Sunday, January 07, 2007

Hondoq ir-Rummien

Pubblikata fuq It-Torca nhar s-7 ta' Jannar, 2007.

Ghax dan id-dannu kollu
go Hondoq ir-Rummien
Il-libsa s-sbejha marret
ma tidher ghada mkien.

Issa fadalli wahda
il-libsa rqieqa taht
ghal inqas halluhieli
ma nerga nilbes qatt.

Tkunux daqshekk krudilili
tnezzghu din ukoll
hadd izjed ma jlibbisni
halluni lsieni inholl.

Miskin hu dak li jkisser
u jfarrak dan il-gmiel
hadd izjed ma jrodd lura
lanqas ta' dari l-hjiel.

Jekk ghad xi hadd imisli
il-libsa li fadalli
hadd izjed m'jroddhieli
dizastru kbir ihalli!

Smajt lehen in-Natura
go hondoq ir-rummien
jitbekka ,jolfoq, jghajjat
u hekk jibqa' f'kull zmien.

Joseph Portelli
Qala