Progett importanti... imma minsi
Pubblikat fuq t-Torca u l-Kulhadd nhar l-Hadd 3 ta' Dicembru, 2006 minn Ex-PN, Qala.
Is-Sindku Paul Buttigieg ghamel diskors ta’ aktar minn kwarta, fejn ftahar mhux ftit bix-xoghol li ghamel u li ghad irid jaghmel il-kunsill tal-Qala. Semma xi progetti li jrid jaghmel il-kunsill, imma l-iktar progett importanti ghall-poplu tal-Qala, fejn ikunu jistghu jahdmu z-zaghzagh taghna, nesa jsemmih jew ma riedx isemmih, ghaliex id-diskors tieghu kien miktub.
Tkellmet ukoll il-ministru Giovanna Debono, li ftahret hafna dwar il-progetti li wettaq il-kunsill. Qalet li kwazi minn kull triq li tghaddi tara progett jew monument li ghamel il-kunsill. Hasra li f’dawn il-progetti kollha li semmiet il-ministru, hadd ma jaqla’ l-ghixien tieghu. Haddiema li tilfu xogholhom mil-lukandi u fabbriki li ghalqu, tarahom iharsu lejn dawn il-progetti u monumenti, jimlew zaqqhom u minnhom jiehdu maghhom x’jieklu uliedhom ukoll. Fid-diskors taghha il-ministru ma semmietx meta se taghmel il-kanali ghall-ilma fi triq l-Imgarr u fi Triq il-Kuncizzjoni, li ma’ l-ewwel ftit xita li taghmel dawn iz-zewg toroq isiru bahar. Lanqas semmiet dak il-progett kbir li se jsir fil-Qala u li se ihaddem hafna nies. Ftit ilu qalet, li dan hu progett ta’ beneficcju ghal Ghawdex, imma fil-Qala quddiem il-Qalin ma semmiet XEJN.
F’diskors li ghamel il-prim ministru Gonzi, fahhar mhux ftit lis-Sindku Paul Buttigieg, ghax-xoghol li ghamel u li behsiebu jaghmel. Fahhru wkoll talli qieghed jikkonserva l-wirt storiku u ambjentali fil-Qala. Ballec anke l-Prim, nesa jsemmi l-progett majestuz u bzonnjuz ghall-poplu tal-Qala. Ftit ilu, Dr Gonzi wkoll es-prima ruhu favur dan il-progett fuq il-fosos, però gewwa l-Qala, quddiem il-Qalin baqa’ sieket u ma semma xejn. Li kieku semma’ dan il-progett, il-poplu prezenti kien jaghtih ovazzjoni mill-aqwa, li kien jibqa’ jiftakru ghomru kollu.
Sur Sindku, Onor. Giovanna, Onor. Dr Gonzi mela sthajtu ssemmuh il-progett ta’ Hondoq ir-Rummien jew qeghdin tibzghu ghall-voti ta’ Marzu li gej? Ghalhekk dan is-skiet kollu. Ghedtulna biex inzommu fommna sieket , sa gejtu thabbtulna l-bibien biex ahna wkoll ma nurux oppozizzjoni ghal dan il-progett. Tafu li fir-referendum li sar, 85% tal-poplu tal-Qala qalilkom LE ghal dan il-progett. Sur Sindku, kellek l-opportunità li tghid pubblikament li int u l-maggoranza tal-Qalin, ma taqblux mal-progett ta’ Hondoq imma dan int ma ghamiltux. Mela int favuru, hux hekk? Sur Sindku, ghid lill-poplu tal-Qala li vvutalek, jekk intix favur jew kontra l-progett. Ma tistax toqghod fit-triq tan-nofs ghax jew m’Alla jew max-xitan. Il-poplu tal-Qala mhux imbecilli daqs kemm qeghdin tahsbuh u se jaghmel il-kontijiet meta jasal il-waqt. Daqshekk hadtu voti minn taghna.