Il-qerda tal-paci u l-kwiet tal' Hondoq
Pubblikata fuqit-Torca nhar l-5 ta' Novembru, 2006 minn Jenny Carter, Qala.
L-APPLIKAZZJONI monstru ghall-izvilupp f’Hondoq regghet refghet ir-ras kerha taghha. Dan il-golf kien intrebah mill-poplu tal-Qala b’vot qawwi ta’ 85% kontra, izda issa rega’ tfacca bi tpattija harxa.
Jekk dan il-progett jithalla jsehh, il-paci u l-kwiet tal-Qala jigu rvinati darba ghal dejjem. It-toroq antiki u dojoq tar-rahal u l-misrah jigu fgati bid-dhahen mit-trakkijiet ta’ l-izviluppaturi li f’idejhom, dawk li jimxu fit-triq, fil-hajja taghhom ta’ kuljum, ipoggu hajjithom. Insa li toqghod bil-qieghda barra xi wiehed mir-restoranti jew bars jew li tattendi xi attività esterna tal-knisja fil-pjazza: id-dhahen u l-periklu mit-traffiku ma jdumux ma jgaghluk tillarga.
Biex tiskansa dan kollu ghandek tinzel fil-bajja Ta’ Hondoq ir-Rummien fejn darba l-ilma blu u nadif kien jahsel ix-xtajta zghira u bla periklu ghall-ghawm u fejn kien hemm wisa’ kbir ghall-parkegg, ghalkemm xi ftit imhatteb u goff, madanakollu post popolari mat-turisti u n-nies tal-post fejn imorru ghall-ghawma u jixxemxu u anke jiehdu xarba friska u pizza.
Jekk l-izvilupp tal-marina jithalla jsir, hemm ma jibqax izjed nadif, b’ilma car, sewwa sew imdardar, mahmug biz-zejt kif jista’ jidher f’kull gurnata l-Imgarr. Tixtieq thalli lit-tfal jghumu fil-port? Ma nahsibx hekk. Hu totalment bla sens li wiehed isostni zero impatt fil-bajja tal-ghawm meta s-sens komun juri l-maqlub.
Fi zmien meta t-turizmu qieghed ghan-nizla, bla ebda dehra tal-qawmien, meta l-lukandi qieghdin jaghlqu u n-negozji jfallu, jaghmel sens li thalli l-bini ta’ lukanda, hwienet, restoranti u appartamenti b’hafna sidien (f’kelma ohra li jaqsmu l-hin) u fil-waqt li jaghmlu dan jeqirdu Qala, bicca ohra mill-kosta ta’ Ghawdex?
Dan il-progett ghadu ma nghatax il-permess biex isir. Minkejja x-xnighat kuntrarji ghadu jista’ jigi opponut. Mhux xi ostaklu li ma jistax jintrebah jekk ir-residenti jaghtu sehemhom b’vuci wahda.
Poplu tal-Qala, warrab fil-genb id-differenzi politici, religjuzi u personali tieghek u qum kontra minacca ikbar ghar-rahal u l-madwar; ghall-istil tal-hajja tieghek u wirtek. Darba Hondoq jintilef qatt ma jista’ jigi reklamat u Ghawdex hu zghir wisq ghal-lussu ta’ zbalji ta’ zvilupp. L-ippjanar u l-izvilupp ma ghandhomx jintrabtu ma’ politika, il-hsara lill-ambjent u lill-wirt naturali jaffettwaw lilna lkoll u ma jirrispettawx il-partit.
Thallix li issa jigri dan! Aghti sehemek u ghin fit-twaqqif tal-qerda proposta!
(Migjub ghall-Malti mill-Moviment Harsien Hondoq bil-permess taghha.
Idhol fuq il-web site: http://soshondoq.blogspot.com u tara l-ahhar ahbarijiet)