Ma nhallux il-froga ssir
Pubblikata fuq l-Orizzont nhar 2 ta' Novembru, 2006 minn Korrispondent Ghawdxi
Ma tridx tkun bravu jew professur biex tkun taf il-qawl Malti li jghidlek li fuq tlieta toqghod il-borma! U dan rajnih jigri dan l-ahhar f’Ghawdex.
Rega’ tqajjem mill-gdid il-progett ta’ Hondoq ir-Rummien. Kien miet, hasbu hafna, imma ghal min irid jispekula dan ma kien mejjet xejn imma kien raqad fil-fond, sakemm jinbidlu c-cirkustanzi!
Hekk qed naraw jigri u kollox jindika li min snin ilu ma ghaddiex mill-bieb issa se jghaddi mit-tieqa. Dwar dan il-progett l-ewwel kellna lill-Prim Ministru fuq il-Fosos matul il-gimgha tal-Indipendenza jghidilna li huwa favur il-progett. Imbaghad harget il-Ministru ta’ Ghawdex tghidilna li dak li jkun ta’ gid ghal Ghawdex ghandna naqblu mieghu.
Issa hareg is-sindku tal-Qala, Pawlu Buttigieg, Nazzjonalist ukoll, li qalilna jrid li jaghmel kuntratt notarili jekk il-permessi biex isir dan il-progett jigu approvati. Din ma hix hlief dahka fil-wicc. La darba l-permessi jigu approvati u moghtija ma jista’ jsir xejn aktar. Il-pozizzjoni tal-Kunsill imissha kienet cara u tonda. Hawn m’hawnx lok ghal immular.
In-nies tal-Qala vvutaw f’referendum kontra dan il-progett. U la semmew kuntratti u lanqas kundizzjonijiet. Kienu kontra ghax ghar-rahal ma kienx jaqbel. Daqshekk imissu ta’ kaz is-sindku. Il-pozizzjoni ma nbidlitx. Inbidel il-komportament tal-amministraturi bhal Prim Ministru u l-Ministru ta’ Ghawdex. S’intendi ghalhehkk is-sindku ma kellux il-kuragg jghid li huma kontra l-progett, u daqshekk.
X’jippretendi li l-ewwel issir il-froga imbaghad nirrangaw? Jekk il-froga ssir ma jkun baqghalhom xejn tal-Qala hlief jiekluha! X’inbidel sostanzjalment fil-progett? Il-bdil mhux ghax jaqbel lill-izviluppaturi sar? Allura x’gara biex bdilna fehemtna? Ghaliex minkejja li n-nies ma jaqblux mal-progett se inwikkuhulhom? Ghaliex erba’ snin ilu hafna argumenti u issa donnu jridu jmewtu l-affarijiet u nistennew jekk il-permessi hux se johorgu jew le? Dan min se jaghmillek il-kundizzjonijiet bin-nutar Sur Sindku la jkollu l-permess f’idejh!
U x’garanzija se jkun hemm ghal min ma jimxix mal-kuntratt? Kemm se jkunu l-penali u x’inhuma? Iwaqqa’ dak li jkun tella’, li mhux skond il-permessi, jew jehel il-multi ta’ l-eluf ta’ l-liri, li ghall-ispekulaturi qishom zerriegha tal-harrub!
In-nies tal-Qala huma kontra l-progett. Urewh meta ntalbu l-veduti taghhom. L-ebda Kunsill u l-ebda sindku m’ghandu d-dritt li jmur kontra dak li dde-cidew ic-cittadini tar-rahal. Taht l-ebda skuza m’ghandu jsir dan. Irid izomm mal-qawl li jghid li fuq tlieta toqghod il-borma.
Din il-bajja bl-izvilupp li qed jigi propost fiha se tirvina ruhha. Kulhadd kontra. Ambjentalisti u min ihobb il-wirt rurali Ghawdxi tkellem kontra. Imma issa jidher li z-zmien biddel l-affarijiet. Inbidlu r-ragunamenti, ghax ghamilna xi modifikazzjoni. Imma kemm ahna tfal tajba!
Tal-Kunsill tal-Qala, minkejja li huma jghidu li huma kontra, ghadhom itellghu u jnizzlu u ma jichdux dan il-progett, imma qalulna li la johorgu l-permessi imbaghad iridu jaghmlu kuntratt notarili. Tad-dahk, imma veru!