SOS Hondoq News

Sunday, February 04, 2007

Progetti ghal Ghawdex fl-arja

Pubblikata fuq l-Kullhadd nhar l-4 ta' Frar, 2007.

Sur Editur

Nhar il-Hadd 21 ta' Jannar, 2007 rega gie izurna il-prim ministru Lawrence Gonzi.

Jiena bhas-soltu kont hemm, halli nisma l-kelma tal-mexxej taghna u nara xi progetti ghandu ghall-Ghawdex forsi ninvesti xi haga fihom. Izda, hallieni b'xiber imnieher, ghax ghalkemm qal li ghandu hafna progetti ghall-Ghawdex, ma semma l-ebda wiehed, lanqas dak il-progett il-kbir ta' Hondoq ir-Rummien.

Ghall-mument thawwadt ftit ghaliex hsibtu gie wara li rebah l-elezzjoni imma imbaghad ftakart li l-elezzjoni qieghda wara l-bieb.

Ghedt bejni u bejn ruhi : jekk ghandu bosta progetti ghall-Ghawdex, ghaliex ma varahomx halli l-Ghawdxin isibu fejn jahdmu u mhux hawn qaghad ma Ghawdex kollu?

Waqt li kont aljenat nahseb fuq il-progetti tajt harsa madwari biex nara min hemm hdejja u jekk nafhom nistaqsihom jekk jafux x'inhuma dawn il-progetti.

Imma inzerta li magembi kelli nies li ma nafhomx ghax ma kinux mill-Qala bhali, u jien mill-Qala ftit li xejn nohrog. Fettilli nghodd dawk li kienu mill-Qala ma kienx hemm aktar minn tuzzana u nofs.

Kif kont qieghed nahseb ghaliex il-Qalin m'attendewx ghal din il-konferenza, f'daqqa wahda nhsadt meta smajt lil Dr. Gonzi isemmi il-bahar.

Hsibtu qieghed isemmi l-progett ta' Hondoq ir-Rummien imma kien qieghed jghid xi haga ohra. M'inhiex cert jekk qalx li pajjizna mar il-bahar.

Fid-diskorsi li saru, hadd ma semma l-progett ta' Hondoq ir-Rummien.

Meta spicca d-diskors tieghu, lil Gonzi kulhadd beda jcapcaplu. Jien dlonk qomt minn posti u mort fejn is-Sindku Pawlu u l-vici Sindku Victor li flimkien ma Lorne marru jifirhu lil Gonzi.

Jien stennejthom li pubblikament jghidulu li huma ma jaqblux mal-progett ta' Hondoq ir-Rummien, bhalma wara kollox kitbu fil-gazzetta Lehen il-Kunsill, li tqassmet fid-djar kollha tal-Qala.

Dan kien it-tieni cans, fi ftit gimghat, li kellhom biex jghidu lil Prim Ministru u lil Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono li verament ma jaqblux mal-progett u jitolbuhom jghinuhom forsi nsalvaw lil din il-gawhra taghna.

Izda minn dak li hsibt, ma sar xejn.

Il-Prim ministru u l-Ministru ta' Ghawdex, it-tnejn esprimew ruhhom li huma favur il-progett.

Ghalekk ta` min jistaqsi lill-kunsilliera Nazzjonalisti tal Qala jekk hux qeghdin juzaw il-forza taghhom kollha kontra l-progett, jew jekk hux qeghdin jippruvaw jinhabbu m' Alla u max-xitan?

Bil-haqq, insejt li l-elezzjoni tal-Kunsill fadlilha ftit gimghat biss. Tghid ghalhekk li l-kunsilliera Nazzjonalisti qeghdin jghidu li intom kontra l-progett?

Tghid is-Sindku u l-kunsilliera Nazzjonalisti qeghdin jghidu li huma kontra l-progett biex ma jitilfux il-voti tal-Qalin li ghandhom ghall-qalbhom il-bajja ta` Hondoq ir-Rummien?

Ex-Pn
Qala