X’ambjent, ambjent!!!
Pubblikata fuq l-Orizzont nhar l-Hamis 8 ta' Ottubru, 2007 minn Korrispondent Ghawdxi
Nistghu nghidu li l-ambjent f’Ghawdex ilu li spicca. Il-mod kif hallejna lill Ghawdex jizviluppa u gibnieh blokki kbar ta’ binjiet u konkos ma’ kullimkien jidher li ftit li xejn inghata kaz tal-ambjent.
Imma kif nghidu li min jikkmanda jghamel il-ligi, u min ghandu l-flus jista’ jaghmel triq fil-bahar! Dan rajnieh fl-imghoddi u qed narawh issa.
X’jiswew il-protesti tal-ambjentalisti. X’isarraf referendum biex juru x-xewqa tal-poplu. Ghalfejn il-hafna regolamenti dwar l-ambjent?
F’Ghawdex kollox lecitu. Ghalina r-regolamenti donnhom jiggebdu. Min ma jghaddix mill-bieb jipprova jghaddi mit-tieqa. Kif nghidu, minn hemm jew minn hawn ninfdu!
Insemmu zewg kazijiet. Il-kaz ta’ Hondoq ir-Rummien. Minkejja l-oppozizjoni kollha tan-nies tal-Qala, ta’ l-ambjentalisti, ta’ min ghandu dan il-post ghal qalbu, xorta l-affarijiet jidhru li ghadhom mexjin.
Qalu li gew sottomessi pjanti godda. Imma l-isfregju fil-bajja ta’ Hondoq ir-Rummien se jsir, tant li dan l-ahhar anke dehru nies fuq il-post u ghamlu diversi marki biz-zebgha b’konnessjoni mal-izvilupp ta’dawn l-inhawi.
Fuq kollox kien l-istess Prim Ministru li fuq il-Fosos kien qal li huwa jaqbel mal-progett kif qed jigi propost ghal din il-bajja. Din hija bajja li fl-istat naturali taghha tigbed lejha eluf ta’ Ghawdxin u Maltin. Ghan-nies tal-Qala hija l-isfog taghhom ghax-xhur tas-sajf. Kemm se ikomplu jgawduha ma nafux!
Issa faqqset ohra. F’Ta’ Lambert fix-Xewkija. Ghandna heliport, imma s-servizz tal-helikopter waqaf. Issa rridu naghmlu ‘air strip’ ghal ajruplani zghar ghax hekk qalilna li hemm bzonn naghmlu min hu nteressat li jkabbar butu. Dan ma jimpurtah xejn li f’dan il-post hemm affarijiet li ghandhom jigu preservati, li l-bdiewa li jahdmu r-raba fil-vicin se jigu zgumbrati, li se jikbru l-arja hazina u kontaminazzjoni.
Xejn ma jimporta li l-ambjent se jiehu daqqa ta’ harta ohra. U dan ghaliex? Biex nibdew u ma nkomplux, kif gralna bil-helikopter? Imma l-hsara lill ambjent u lill bdiewa tal-lokal tkun saret.
Ma dawn wiehed isemmi l-kaz li jolqot lill tax-Xewkija li l-Wasteserve se taghmel fl-inhawi bil-barka tal-MEPA. Hawn ukoll l-ambjent se jiehu daqqa ta’ harta meta fl-istess inhawi l-Kunsill ta’dan ir-rahal flimkien ma dak ta’ Sannat kienu mbarkaw fuq progett approvat anke mill ewropa biex jissebbhu l-inhawi.
X’ambjent ambjent. Min jiflah ihawwel. Hekk sejrin f’pajjizna. Min ghandu l-hbieb tal-hbieb, min ghandu l-flus, min jista jiskapriccja, minn hemm jew minn hawn, jghaddi.
Imma l-ambjent ta’ Ghawdex li ntilef ma jigix lura. Issa se inkomplu fuq progetti li jkomplu jcahhduna u jkissru l-ftit ambjent li baqghalna. Lill ambjentalisti nghatuhom parir biex ma jahlux zmien izjed fuq l-ambjent ta’ Ghawdex. Morna l-bahar, ghax hekk ried u halla jsir min jikkmanda u suppost li razzan kull abbuz u tkissir tal-ambjent f’Ghawdex.
Xahar iehor nivvotaw
Iz-zmien jghaddi u wasalna ghal elezzjoni ohra tal-Kunsilli Lokali. Anke f’Ghawdex se jsiru dawn l-elezzjonijiet xahar iehor f’xejn anqas minn sitt irhula. L-Ghawdxin ta’ dawn l-irhula se jigu mitluba biex jaghzlu dawk in-nies li jidhrilhom li l-aktar jistghu jaqbzu u jahdmu fl-ahjar interessi ta’rahalhom.
F’Ghawdex mhux kollox mexa sew f’uhud minn dawn il-lokalitajiet. Dawn huma kollha kunsilli dominati min-Nazzjonalisti u ghalhekk kien mistenni hafna aktar minnhom.
Jekk kien hemm xi haga li ma konniex nistenenw hija li ghax ahna fil-Gvern u naghmlu li rridu. Naqbdu u niehdu r-riedni f’idejna u nidhlu ghal xoghlijiet minghajr permessi.
Ezempju hazin li m’ghandux jigi imitat. Fl-imghoddi kellna l-awtoritajiet jintervjenu b’sahha kollha fil-kaz tal-Kunsill ta’ Sannat fuq ftit ramel fil-bajja ta’ Mgarr ix-Xini. Issa kellna siment jintesa u jiksi trejqa fil-kampanja fil-Munxar, minghajr permessi ta’ xejn.
U dan, ghax kif qal is-Sindku, ghal xoghlijiet bhal dawn qatt ma talbu permess. Ara kemm kien ilna nimxu mal-ligijiet u r-regolamenti ta’ pajjizna!
F’rahal iehor fejn se ssir l-elezzjoni, dak ta’ Kercem, rajna kwistjoni tinbena bejn is-sindku Nazzjonalista u ta’ warajh. Jigifieri dawn lanqas bejniethom ma jaqblu, u dan ghax l-affarijiet ma sarux kif kellhomm isiru fl-okkazjoni tal-festa ta’ Santa Lucija li taghmel ma’ dan ir-rahal.
Elezzjoni ohra se jkollna fir-rahal taz-Zebbug fejn hawn is-Sindku spicca jaghmel cerimonja, mhux ghax sibna z-zejt, imma ghax haseb li sab nixxiegha ta’ l-ilma, biex wara nstab li kull ma kien gara kienet li nqasmet kanna ftit ’il boghod. Affarijiet tad-dahk li ma tistennihomx minn sindku intelligenti.
Ghandna l-Qala, rahal li jinsab f’nofs kontroversja minhabba l-izvilupp ta’ Hondoq ir-Rummien. Il-poplu tal-Qala dan l-izvilupp ma jridux imma l-Prim Ministru fuq il-Fosos qal li jaqbel mieghu u esponenti tal-PN f’Ghawdex qalu li huma favur dawk il-progetti li minnhom Ghawdex jista’ jaggwadanja xi haga.
Il-Qalin mhux hekk jirragunaw. U issa huwa l-mument li ghal darb’ohra juru lill-Gvern li l-interessi ta’ rahalhom, il-Qala, ma jafhom hadd aktar minnhom.
Dawn huma ftit ezempji li hargu fil-berah. Hemm ohrajn li baqghu mistura. Hemm fejn zammejna lura u ma tkellimniex. L-indifferenza f’xi kunsillieri kienet evidenti. Dan deher mill-giri li ghamlu ufficjali tal-PN f’Ghawdex biex jikkonvincu l-kandidati li jikkontestaw.
L-Ghawdxin ghandhom imorru jivvotaw. Minkejja dak kollu li gara fir-rahal taghhom jista’ jerga‘ jigri ’l quddiem. Ghandhom inehhu l-bruda u jmorru jaghtu l-vot taghhom.
Il-Partit Laburista f’dawn il-lokalitajiet se johrog jikkontestaw nies minghajr l-ebda nteress ta’ xejn, hlief li jaghmlu gid lir-rahal. Lesti li jahdmu u jgibu r-rahal ’il quddiem. Lesti li jsemmghu lehinhom ghal dak li hemm bzonn isir.
Anke fejn il-Laburisti huma f’minoranza l-vuci taghhom isemmuha. Araw kemm hadmu Kunsilli Laburisti f’Malta u ghadna niehdu dan l-ezempju. Ilhom hafna jisservew bina l-Ghawdxin u issa hemm bzonn ma ninsewx kemm ghadna nuqqasijiet li ma sarux.
Dan l-ahhar f’irhula fejn isiru dawn l-elezzjonijiet f’Ghawdex qeghdin naraw lil tal-Partit Nazzjonalista jaghmlu minn kollox biex jaljenaw. Qeghdin jipprovaw jaghmlu l-ilma jizfen. Iduru ma’ kulhadd. Itaptpu fuq spallet kulhadd. Kull min jitwebbel b’xi haga qed tinghatalu jew jithalla jaghmilha.
Ghalhekk l-Ghawdxin ghandhom joqoghdu attenti meta jmorru jitfghu l-vot taghhom.Ma nharsux biss lejn l-ucuh imma ghandna nafdaw lil min lest li jahdem ghall-interessi tar-rahal.
Huwa importanti li wiehed jivvota. Ma nibqghux bierda. Ma nirragunawx li l-Kunsilli qeghdin hemm ghalxejn, ghax il-Ministru jaghmel li jrid. Bl-indifferenza ma nirrangawx dak li huwa hazin jew li mhux sejjer sewwa.
Ghalhekk inheggu lill-Ghawdxin f’dawn l-irhula biex xahar iehor imorru jivvotaw ghal dawk il-kandidati li se johorgu jikkontestaw taht il-bandiera Laburista ghax dawn zgur li se jkunu ta’ garanzija tal-hidma shiha favuir ir-rahal taghhom.