IT-TEZORI TAL-QALA
Poezija miktuba minn Philip Pisani u moqrija nhar s-Sibt 11 ta' Dicembru, 2010 fis-serata ta Gieh il-Qala.
F’Lvant ta’ Ghawdex hemm l-Qala
Imdawra b’veduti mill-isbah,
Ta’ kampanja, bahar, natura
U it-tlugh tax-xemx sa ma jisbah.
Ir-raggi tax-xemx helwin
Jaghtu l-hajja lil rahal taghna,
Il-mewg imelles mal-blat
Melodija, bl-isbah ghana.
Kartolina hajja b’tezori sbieh
Rahal sinjur f’gherf u fl-istorja,
Il-poplu tal-Qala dejjem ha hsieb
Li lil Alla hu jaghti glorja.
Infatti is-santwarju tal-kuncizzjoni
lil tal-Qala Santa Marija,
Imhabba lejn l-Immakulata Kuncizzjoni
Dejjem urejna, id-devoti Qalija.
“Ma’ Ghawdex kollu”
qalulna kittieba famuza,
“Ma ssibx li jigbed tant nies
Daqs din il-knisja mirakoluza”.
L-Immakulata Kuncizzjoni,
l-ghaxqa ta’ San Guzepp,
ghandna il-knisja Arcipretali,
tempju li jiswa d-deheb.
Huwa xhieda hajja ta’ generozita
Ta’ talba kontinwa u imhabba,
B’devozzjoni Guzeppina,
L-gheruq ta’ kif trabba.
Poplu mibdi fuq principji sodi
Dejjem iddefenda d-drittijiet,
Bhal batterija ta’ Sant Antnin
Li iddefendidna tul iz-zminijiet.
It-Trunciera ta’ Ras il-Qala
Mibnija biex mill-ghadu tharisna,
Imiss issa li ahna inharsuha
Kif minn dejjem li naghmlu, fittixna.
Min hemmhekk tara xena mill-isbah
Ta’ hutna il-gzejjer Maltin,
Waqt li tgawdi ix-xaghri u il-kampanja,
Bil-bahar blu imdawrin.
Dak il-bahar li jaghtik pjacir
Jaghtik is-sahha, jaghtik il-qawmien.
M’hemmx isbah minn ghawma tajba
Fil-bajja ta’ Hondoq ir-Rummien.
Bajja imfittxija minn hafna
Mill-bughadasa, camping jew tistad,
Jew biex tghum, tixxemmex jew BBQ,
Fis-Sajf dejjem mit-Tnejn sal-Hadd,
Hondoq ir-Rummien il-bajja tal-kenn
Li minn maltempata li tkun grat…
…il-Madonna thares lis-sajjieda
Li hemm fil-kappella maghrufa tal-blat.
Il-bajja tal-kenn li tat l-ghixien,
U salvat hafna hajjiet,
Xi nghidu ghal imtiehen taghna
Li kienu jitimghu lil mijiet.
Il-mithna ta Randu u dik ta’ Sufa
Kif inhuma maghrufin,
Kienu l-ghixien tal-poplu taghna,
Kemm tal-kbar kif ukoll tac-ckejknin.
Il-poplu tal-Qala dejjem ra kif ghamel
Biex jaqla l-ghixien tieghu,
Dejjem kien sod u hares il-quddiem
Filwaqt li zamm il-principji mieghu.
Wieqaf dejjem quddiem l-ghedewwa,
L-ebda insulti jew tghajjir,
Bhal dik il-Gebla l-Wieqfa li ghandna,
Dejjem sodi bhal menhir.
Il-weghda li ta’ il-kunsill tal-Qala
Xhin kienu quddiem il-president.
Halef li jaqdi lil min jipprezenta
Xhin ha dak il-gurament.
Qed nara l-Gebla tal-Halfa
Sabiha tixghel bix-xemx,
Tghidli li min jikser xi halfa
Mahfra ghalih m’hemmx.
Jghaddu s-snin, dejjem mexjin,
il-Qala tikber u tinbidel,
imma bhal misteru tal-kalati,
il-marka li int mil-Qala tibqa tidher.
Qalb dan il-poplu tal-Qala
Hija bhal belvedere mimlija gmiel,
U bhal medda tal-Wileg
Qalb b’hajja ta’ paci u sliem.
Oh xi gmiel ta irhama sabiha
Minquxa minn gebla Qalija,
It-Tezori tal-Qala nibzghu ghalihom
U nhalluhom ghalik u ghalija.