SOS Hondoq News

Sunday, October 17, 2010

Ħondoq ir-Rummien

Pubblikata fuq l-Orizzont minn J. Cachia, Paola.

Sur Editur,

Fil-paġna “Aħna l-Għawdxin” (tat-2 ta’ Ottubru) kien hemm daqsxejn ta’ artiklu “Dawn x’bu żullotti huma?” dwar il-proġett propost tal-iżvilupp f’Ħondoq ir-Rummien. Intqal li l-Qalin, li huma mmexxijin mill-kunsill lokali, ivvotaw snin ilu kontra dan il-proġett.

Intqal ukoll li “issa ħareġ fil-beraħ il-każ tal-Viċi-Sindku tal-Qala, li wara snin flimkien ma’ sħabu, jopponi dan il-proġett, issa ħareġ jaqbel miegħu.” U ftit wara ntwera li “l-Qalin ma jri dux jitilfu dak li ilhom minn dejjem igawdu...”

Min qed jikteb jaf biss li l-Qala qiegħda f’Għawdex, xiehda li turi kemm jaf fejn hu Ħondoq ir-Rummien.

U waqt li qed ngħid hekk wisq naħseb kemm il-MEPA tista’ tkun taf kemm Ħondoq ir-Rummien hu marbut ma’ qalb il-Qalin.

Illum il-ġurnata b’dak li nkiteb dwar il-MEPA fil-ġurnali bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż hu magħruf sew li l-MEPA, illum taħseb mod u għada tista’ taħseb mod ieħor. Rigward il-Viċi-Sindku, forsi jista’ juri lill-sħabu tal-kunsill, ir-raġuni għa liex bidel fehemtu.

Jekk issa qal li “l-proġett jista’ joħloq impjiegi għall-ġenerazzjoni żagħ żu­għa”, dan ifisser li ntilfu impjiegi tul is-snin li “flimkien ma’ sħabu jop poni l-proġett.”

Dan hu każ klassiku tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, li tant sa ret propaganda bih biex jin ħolqu l-kunsilli lokali. Għax is-sussidjarjetà ma tfisser xejn ħlief konsulta lil ta’ taħt, jiġifieri liċ-ċittadini, biex tkun taf ir-rieda tagħhom fuq xi ħaġa qabel ma tittieħed deċiżjoni fuq dik il-ħaġa li tinteressahom.

Għalhekk issa jmiss lill-kunsill lokali biex fl-interess tal-Qalin ma jħallix “bużullotti” jsiru tassew bużullotti.

Dan jista’ jagħmlu billi jagħ mel referendum biex jikkonsulta u juri r-rieda tal-Qalin dwar Ħondoq ir-Rummien. U r-riżul tat, ikun xi jkun, jintwera – mhux lill-MEPA – imma lill-Gvern. Ammen.