SOS Hondoq News

Monday, September 27, 2010

Jum Dinji tat-Turizmu


Fl-okkazjoni tal-Jum Dinji iddedikat ghat-Turizmu u bit-tema: it-Turizmu u l-Biodiversita’, il-Partit Laburista jiddikjara l-impenn tieghu ghall-izvilupp ta’ politika strategika li taghraf tlaqqa u timmitiga flimkien, l-izvilupp ta’ l-industrija tat-turizmu, li ghandu jkun wiehed sostennibli biex ikun assigurat, il-harsien shih tal-biodiversita’.
B’hekk l-industrija tat-turizmu tkun effettivament sostnuta bhala pilastru ewlieni ta’ l-ekonomija ta’ pajjizna, minghajr ma taghmel hsara li d-diversita’ tal-hajja naturali u ambjentali.
B’dan il-mod pajjizna, mhux biss ikun qed ihares il-wirt naturali tieghu u jassigura kwalita’ tajba ta’ hajja ghall-Maltin u l-Ghawdxin, izda jkun qed jghin b’mod konkret fuq livell dinji, biex titnaqqas il-hsara li saret fl-ambjent naturali.
Il-Partit Laburista iheggeg lil Gvern biex jibda jimplimenta bis-serjeta’ politika sostennibli fejn bil-pjani u d-decizjonijiet tieghu, ma jaghmilx bhal fil-kaz ta’ l-estensjoni tal-power station f’Delimara u l-proposta ta’ l-izvilupp ta’ Hondoq ir-Rummien f’Ghawdex, fejn se jkun qed ixxekkel l-izvilupp sostennibli u responsabbli ta’ l-industrija tat-turizmu, minhabba n-nuqqas ta’ harsien ghal biodiversita’ u l-ambjent naturali tal-gzejjer Maltin.