Fl-aħħar xhur ħut Xerri ngħataw permess skandaluż mill-MEPA biex f’żona ODZ jiżviluppaw il-belvedere tal-Qala f’ristorant ġdid flok dak li hemm, flimkien ma’ blokk ta’ appartamenti u parkeġġ.
Il-kunsill oġġezzjona għal dan il-proġett, għajr għall-Viċi-Sindki li beda jimbotta ’l quddiem dan il-proġett.
Dan il-permess kien ikkritikat bl-aħrax minn Joe Falzon, l-awditur tal-MEPA. Huwa argumenta li dawk li fformulaw il-pjan lokali għaż-żona wrew nuqqas kbir ta’ sensittività.
F’każ separat il-Viċi-Sindku tal-PN tressaq quddiem il-Qorti Kriminali ta’ Għawdex akkużat b’konnessjoni ma’ rapport falz li għamel lill-KSI.
Intant fil-ħarġa ta’ Awwissu li għad da tal-fuljett “Leħen il-Kunsill”, is-Sindku tal-Qala, Paul Buttigieg tenna l-po żizzjoni tal-kunsill kontra l-pro ġett, kif qed jiġi propost.
Is-Sindku qal li l-Kunsill hekk kien qal tmien snin ilu meta sema’ għall-ewwel darba bil-proposta li fil-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien se tinbena jott marina, lukanda, vilel u għe xieren ta’ appartamenti lus sużi. “Hekk għadna nemm nu u nistqarru llum.”
Madankollu, Paul Buttigieg ma naqasx milli juri t-tħassib tiegħu għall-fatt li fl-aktar mu menti kruċjali ta’ dan il-pro ġett, wieħed mill-kunsillieri qed jaqbel mal-proġett.
Buttigieg kiteb li għal kemm iħoss li kulħadd għandu jkollu dritt għall-opinjoni, li wie ħed jibdel fehemtu wara bosta snin mhix xi ħaġa normali.
Buttigieg ma qalx direttament għal min kien qiegħed jirreferi iżda f’paġna oħra tal-istess fuljett, wieħed isib ukoll il-pun ti li s-Sindku tkellem dwarhom matul il-laqgħa pubblika li saret dwar dan il-proġett fis-27 ta’ Mejju li għadda.
Minbarra li jfakkar x’inhu ma r-raġunijiet li wasslu biex il-Kunsill, sa mill-bidu nett ma jaqbilx mal-proposti li tress qu dwar kif se tiġi żvilup pata din il-bajja, is-Sindku jfakkar li għalkemm sa April 2010, il-ħames Kunsillieri kienu kontra l-proġett kif propost, imsejjaħ “Qala Creek”, isemmi li l-Viċi-Sindku Dr Ray Xerri, f’laqgħa tal-kunsill, es prima pożizzjoni favur il-proġett.
Id-dikjarazzjoni tas-Sindku urtat mhux ftit lir-residenti ta’ din il-lokalità u qanqlet tħassib kbir għall-fatt li issa ma jistax jibqa’ jingħad li l-pożizzjoni tal-kunsill hija waħ da unanima.
Meta mistoqsi minn l-orizzont, Xerri qal li jaqbel mal-proġett għax jista’ joħloq impjiegi għall-ġe nerazzjoni żagħ żugħa.
Bosta residenti li kienu pre żenti għal-laqgħa dwar il-pro ġett qamu bil-wieqfa biex juru l-għadab tagħhom għall-po żizzjoni li ħa Xerri u bdew jakkużawh bi tradiment.
Raymond Xerri, li kien ukoll ‘canvaser’ tas-Segretarju Parlamentari Chris Said, huwa impjegat fl-Università ta’ Għaw dex, b’salarju ta’ €20,000. |