Tletin biċċa tal-fidda?
Ppublikata minn l-Orizzont minn Ghawdxi Pur.
“Ibża miż-żelu tal-ikkonvertiet,” qalli darba politiku magħ ruf, u hekk hu. Stenna li issa s-Sur Scerri joħroġ b’ruħu u ġismu favur il-proġett. Jien lanqas biss jgħaddili minn moħ ħi, li s-Sur Scerri bniedem magħruf sew, se jbigħ ġieħu għal 30 biċċa tal-fidda. Mela dawn l-affarijiet jiġru f’Għawdex!? F’Malta kellna wkoll min kien favur il-proġett tal-es tens joni tal-power station. Wara dawn sabu ruħhom kon sulenti ma’ kumpanija li se tbill subajha sew f’dan il-pro ġett
Mhux qed ngħid li s-Sur Scerri hu xi konsulent ma’ xi ħadd li għandu interess fil-pro ġett ta’ Ħondoq ir-Rummien. Żgur li le. Imma jimpor ta jgħidilna x’biddillu fehem tu?