SOS Hondoq News

Tuesday, April 17, 2007

Nafu x'irridu jew le?

Pubblikata fuq l-Orizzont nhar t-Tlieta 17 ta' April 2007 minn Paul Buttigieg

Sur Editur,

Nixtieq nirrispondi l-artiklu “Ahna nafu x’irridu jew le?” li kiteb Euchar Mizzi f’In-Nazzjon fit-28 ta’ Marzu 2007.

Semmejt hafna progetti li jrid jaghmel il-Gvern però nsejt issemmi fejn huma jew x’isimhom. Jew kont qed tirreferi ghall-progett propost ta’ Hondoq ir-Rummien? Possibbli sthajt issemmi ismu jew bzajt li l-poplu tal-Qala u eluf ohrajn iduru fuqek u jghidulek “Int taf x’int tghid jew le?”

Jekk nippermettu li l-progett ta’ Hondoq ir-Rummien isir, il-generazzjonijiet futuri ghad jisthuna u jkollhom elf ragun. Mela biex tohloq ftit xoghol hemm bzonn li teqred rahal shih? Ahna ma rridux inkunu tradituri ta’ rahal twelidna, imma rridu nkomplu nipproteguh sa l-ahhar nifs ta’ hajjitna. Kif inhu Hondoq illum digà qed jaghti sehmu fis-settur turistiku.

Eluf ta’ Maltin u barranin jigu ta’ kull sena f’Ghawdex u l-maggoranza taghhom imorru jghumu fil-bajja ta’ Hondoq ghall-kwiet. Din hi l-unika bajja f’Ghawdex li hi kennija mir-rih fuq. Jekk il-progett jibda addio Hondoq u addio t-turisti. Fejn se mmorru nghumu fil-bajja kkontaminata ta’ l-Imgarr?

U tghidilniex bl-iskuza li l-bajja ta’ Hondoq mhix se tintmess. Kulhadd ghandu sens bizzejjed li b’jott marina ftit metri boghod ZGUR se tigi effetwata l-bajja.

Sur Mizzi tista’ tghidilna ftit kemm hemm haddiema jahdmu fuq il-progett ta’ Chambray. Il-poplu ta’ Ghajnsielem ukoll kellu mohhu mimli li se jsib xoghol fil-qrib. Anke fil-lukanda ta’ San Lawrenz grat l-istess storja. Meta kien qed jinbena l-bini f’Chambray, haddiema barranin kien hemm imhallsin bic-centezmi.

L-importanti hu li qridna dan il-post darba ghal dejjem. F’dawn l-ahhar xhur fl-iskola tal-Qala wkoll hemm xoghol ta’ kostruzzjoni ghaddej. Tista’ tghidli kemm hemm haddiema mill-Qala jahdmu hemm? Nghidlek jien, HADD.

Xoghol fil-kostruzzjoni hawn ghal dawk li jridu jahdmu. Però ma nistghux nistriehu fuq l-industrija tal-kostruzzjoni biss. Immagina, li kieku n-nies kollha li hemm jirregistraw f’Ghawdex jintefghu jahdmu fil-kostruzzjoni kieku lil Ghawdex ingibuh belt wahda fi ftit snin u hlief bini ma narawx. Kieku aktar jigu t-turisti!

Jekk f’Ghawdex ikollna industrija tat-turizmu u tal-manifattura sodi, il-mijiet li hawn ifittxu x-xoghol jigu kollha assorbiti, min fuq xoghol u min fuq iehor.

Imma biex isir dan irid ikollok Gvern u Ministru tat-Turizmu biezel. Ghandna Gvern qed jistenna lil xi zviluppatur idawwarlu r-rota. L-izviluppatur idawwar ir-rota, kif jaqbel lilu biss u mhux kif jaqbel lil-Gvern jew lil-poplu Ghawdxi.

Habib semmieli progetti li nholqu f’dawn l-ahhar 20 sena u li jhaddmu hafna Ghawdxin.

F’Ghawdex kellna zewg postijiet li jhaddmu hafna nies, il-fabbriki fix-Xewkija u l-industrija tat-turizmu. Int fl-artiklu tieghek ghidt li ejjew ninsewhom dawk il-fabbriki li jhaddmulek 300 u 400 persuna.

Skond l-ahbarijiet ta’ ftit granet ilu fabbrika f’Ghawdex kabbret u se thaddem madwar 250 ruh. Ghawdex kull ma ghandu bzonn zewg fabbriki ohrajn bhal dik u m’hemmx ghaliex teqred lill-Hondoq bl-iskuza tax-xoghol. Dan huwa xoghol li nsejjahlu sostenibbli u b’ahbarijiet bhal dawn niehdu gost nisimghu.

It-turizmu f’Ghawdex ilu mhux hazin li qabad in-nizla u l-Gvern m’ghamel assolutament xejn biex jerga’ jqajmu fuq saqajh. Mhux talli ma ghinx lill-industrija tat-turizmu, talli kompla ghaddashom aktar ’l isfel billi gholla l-permessi tal-lukandi u r-restoranti u ghamel s-soprataxxa fuq id-dawl u l-ilma.

Ghidli kif jista’ sid ta’ lukanda jkompli jopera meta jkollu dawn il-pizijiet flimkien mal-pagi tal-haddiema u hafna spejjez ohrajn. Meta fil-lukanda gieli ma jkollux aktar minn ghaxar turisti residenti. Mhux ta’ b’xejn li l-lukandi qeghdin jitwaqqghu u jinbnew appartamenti.

Il-ftit turisti li ghadhom jithajru jigu Ghawdex qeghdin jigu ghax ihobbu l-ftit ambjent li fadlilna.

Jekk behsiebna li neqirdu darba ghal dejjem il-ftit sbuhija naturali li fadallu Ghawdex, ibqa’ zgur li t-turisti jkomplu jonqsu mhux jizdiedu.

Bhalma ghidt, il-politika qieghda tilghab il-parti taghha wkoll… ghandna politici li qeghdin jghaddu kummenti biex jinfluwenzaw lill-poplu bi-kliem sabih favur il-progett. It-tajba hi li jghidulna kemm huwa ta’ beneficcju ghall-Ghawdxin, izda r-riperkussjonijiet li jgib progett bhal dan ma jissemmew imkien. Veru li politici ohrajn kienu favur il-progett però wara li raw li l-Qalin ma jridux jitilfuh onoraw r-rieda tal-Qalin.

Habib, il-85% tal-Qalin li vvotaw fir-referendum, l-ambjentalisti, l-Ghawdxin, il-Maltin, il-barranin li jghixu hawn u li jzuruna, u zewg partiti politici kollha qalu LE ghal dan il-progett. Ma nahsibx li dawn kollha ma jafux x’iridu. Biex tkun taf x’kummenti ghaddejjin dwar dan il-progett idhol fuq il-websajt soshondoq.blogspot.com u idhol fuq “peoples comments” u ghidli jekk dawn in-nies jafux x’iridu jew le.

Ahna l-Ghawdxin dejjem konna maghrufin li hadd ma jaghmlilna l-bzieq fuq imnehirna.