Santu Korradu ta’ Pjacenza
Pubblikata fuq l-Kulhadd minn Grezzju Mercieca.
Korradu kien sinjur, u nobbli. Darba mar ghall-kacca ma xi hbieb u qabbad xi nar sabiex igerrex it-tajr halli jkun jista’ jaqbdu. Gara izda, li qam rih kbir li ferrex in-nar u qabad il-bosk kollu bid-djar b’kollox.
Korradu u shabu dabbru rashom u harbu minn fuq il-post. Bhala haruf tas-sagrificcju n-nies wahhlu f‘bidwi fqir u qatghuha li jghallquh talli qabbad in-nar. Korradu ma hamilx, ammetta li kien hu l-hati u gie kkastigat bil-konfiska tal-gid kollu tal-familja tieghu.
Korradu biddel hajtu u minn hedonist sar spiritwali, tant li dahal patri Frangiskan, u xidd l-ilbies terzjarju. Giet fuqu vokazzjoni eremita u anakoreta – il-firda mid-dinja, bl-impenn li jopponi l-affarijiet materjali u l-gibdiet tan-natura bil-ghan li tikseb dak li jissupera kull ma huwa materjali u tfittex biss il-gid tal-ispirtu.
Minn Pjacenza, post twelidu, Korradu nizel tul l-Italja kollha, mar Sqallija u, skont it-tradizzjoni, sahansitra nizel Ghawdex, fejn ghex ghal xi zmien f’kamra ckejkna fl-ghelieqi ta’ magenb il-knisja tal-Qala. Hondoq ir-Rummien akkwista riverenza ghax huwa assocjat ma’ dak li, wara mewtu, sar Santu Korradu Confalonieri ta’ Pjacenza. Il-kult tieghu ghadu jezisti llum fost il-Qalin, kif jidher mix-xemghat li jixeghlulu l-hin kollu, u z-zjarat spissi tal-fidili.
Bhalissa l-post ta’ rtir ta’ Santu Korradu jservi ta’ svog ghall-Ghawdxin kollha u b’mod partikolari ghar-residenti tal-Qala li jgawdu lokalità li ghadha prattikament fi stat pristin: ma hemm l-ebda tniggiz mid-drenagg; ma hemm l-ebda periklu ghall-ghawwiema; l-ilma bahar ghandu kwalità mikrobijali eccellenti u ilha hekk minn tal-inqas ghal dawn l-ahhar seba’ snin, tant li din il-bajja hija wahda mill-iktar postijiet nodfa f’Ghawdex; il-kwalità generali tal-ambjent marittimu f’Hondoq ir-Rummien kif ukoll mal-bqija tal-kosta ta‘ Ghawdex u Kemmuna hija tajba hafna.
Huwa proprju f’dan il-post, fl-hekk imsejha (b’mod ciniku, nghid jien) Eko-Gzira, li gie propost li jsir port ghall-jottijiet. Dan meta l-portijiet ghall-jottijiet dejjem saru f’postijiet fejn il-kwalità tal-ilma li tista’ tghum fih kienet inferjuri, bhal Portomaso, Manoel Island u l-Port il-Kbir. L-izvilupp propost jiggenera bejn 10 u 200 jott kuljum li, bla dubju, ihassru l-kwalità tal-ilma b’mod sinifikanti. Hemm hemel ta’ studji xjentifici li juri li portijiet ghall-jottijiet dejjem ihallu impatt negattiv fuq l-ekologija marittima.
Sar studju li jkejjel l-impatt ambjentali (Environmental Impact Assessment jew EIS) li suppost isir mhux biex ‘ibigh’ il-progett lill-pubbliku imma biex jaghti stampa oggettiva tal-konsegwenzi, tajbin u hziena, tal-progett propost. Sar ukoll studju minn Mario Vassallo, imqabbad mill-izviluppaturi. Filwaqt li qabel ma partijiet minn dan l-istudju, il-Professur Jeremy Boissevain, antropologu ta’ fama internazzjonali, u kittieb ta’ Saints and Fireworks (studju tat-tahlit bejn religjon u politika f’Malta rurali fl-ewwel snin ta’ wara l-Indipendenza) ikkritika bl-ahrax partijiet ohrajn minnu.
Fost ohrajn jghid li r-rapport ta‘ Vassallo jispjega fil-qosor wisq il-metodologija tas-survey li ntuza sabiex isostni l-analizi tieghu. Boissevain juri kif minkejja li Vassallo jsostni li, murija d-dettalji, in-nies li intervista biddlu l-attitudni minn wahda ta’ kontra l-progett ghal wahda favurih, fil-fatt jekk wiehed jiehu r-residenti tal-Qala wahedhom isib bil-kontra: jekk perezempju, mistoqsija l-ewwel darba dwar x’jahsbu fuq il-vilel proposti, 53.8% qalu li ma kinitx toghgobhom. Imbaghad meta gew murija impressjoni artistika ta’ kif jidher il-progett, il-persentagg tal-Qalin li ma joghgobhomx il-progett tela’ ghal 70%.
L-istess gara fil-kaz tal-200 villeggjatura, fejn il-persentagg tela’ minn 40% ghal 70%. Stranamen izda, l-opinjoni negattiva dwar il-bini ta’ lukanda nizel minn 57.4% ghal 54%.
Hemm hafna izjed x’wiehed jghid fuq dan il-progett izda l-ispazju ma jippermettilix. Ghalhekk ha nieqaf hawn u nghaddi xi kummenti tieghi. F’Ghawdex huwa minnu li hemm htiega kbira li jsir zvilupp.
Dan jien insostnih tista‘ tghid kull darba li nikteb dwar Ghawdex. Izda wiehed irid joqghod b’seba’ ghajnejn li l-izvilupp ikun sostenibbli u ma nirriducux lil Ghawdex ghal xi Bugibba ohra, ghax fl-ahhar mill-ahhar dan ikun ifisser li nkunu qtilna l-papra li tbid il-bajd tad-deheb.
Il-progett ta’ Hondoq ghalhekk jimmerita iktar studju u riflessjoni fil-fond – kif tajjeb irrimarka s-Segretarju Parlamentari Mario Demarco. Il-gwaj kollu qieghed jinqala’ ghax minkejja l-propoganda u l-fanfarra kollha, ma hemm l-ebda pjan serju u holistiku ghal Ghawdex b’mod li wiehed ikun jaf mhux biss x’jista’ ma jaghmilx, imma x’jista’ jaghmel minghajr ma jhalli impatt negattiv iktar milli pozittiv u jaghmel iktar hsara milli gid.
Ha mmur nixghel xemgha lil Santu Korradu, ghax miskin tghidx kemm qieghed jitqalleb fil-qabar meta jara dan il-hedonizmu kollu fil-post tal-irtir tieghu.