Tkompli l-kwistjoni dwar l-iżvilupp fil-bajja ta’ Ħondoq: Nature Trust b’appell quddiem il-MEPA
Pubblikata fuq l-Orizzont nhar l-Erbgha 19 ta' Mejju, 2010.
Nature Trust saħqet li jekk l-awtoritajiet verament jem m nu fil-kunċett ta’ Eko-Għawdex, dawn allura lanqas biss għandhom jikkunsidraw pro ġett bħal dak ta’ Ħondoq ir-Rummien. Enfasizzat li l-bini u spekulazzjoni f’żoni barra l-iżvilupp, qiegħed ikompli jeq red il-ftit siti naturali li għandna f’pajjiżna.
Sadanittant, l-għaqda Nature Trust Malta kkundannat ukoll l-attakk vandalu li seħħ nhar is-Sibt li għadda, meta għadd ta’ siġar inqalgħu minn żona fil-Qala Għawdex. Fi stqarrija għall-istampa maħ ruġin mill-għaqda ntqal li atti bħal dawn huma attakk kontra s-soċjetà inġene rali u juru l-injoranza ta’ dawk li wettquhom.
In-Nature Trust qalet li kie net nediet il-kampanja Green 2000 f’Jannar ta’ għa xar snin ilu. L-għan kien li aktar persuni u organizzazzjonijiet jadottaw siġra u fl-istess waqt titqajjem kuxjenza dwar l-importanza ta’ siġar indiġini f’Malta. Fid-dawl ta’ dan kollu, l-għaqda hija sodisfatta li kemm il-Gvern kif ukoll l-awtoritajiet qegħdin jieħ du l-eżempju ta’ din il-kam panja u għal din ir-raġuni qegħdin jitħawlu aktar si ġar.
Fl-istqarrija jingħad ukoll li dan l-inċident mhux qed jgħin biex timmaterjalizza l-viż joni ta’ Eko-Għawdex, u għal daqstant l-għaqda qiegħ da tħeġ ġeġ biex il-Pulizija tinvestiga dawn ir-reati.