Theddida ġdida għal Ħondoq ir-Rummien
Pubblikata fuq l-Orizzont nhar l-Hamis 6 ta' Mejju, 2010.
L-ittra tenfasizza li r-referen dum li kien saru fejn 85% tal-Qalin qalu li huma kontra dan il-proġett – liema proġett jipproponi lukanda kbira, vilel, appartamenti, ħwienet u jott marina fil-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien.
Fl-ittra li qiegħda titqassam, qiegħed jingħad li Għaw dex ma jistax jitlef il-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien billi dan jista’ jispiċċa bħax-Xlendi jew Marsalforn.
L-ittra tgħid li “qegħdin noġ ġezzjonaw minħabba l-fatt li l-konsultazzjoni pub blika dwar il-pjan lokali għal Għawdex u Kemmuna kien limitat biss għaż-żona tar-Rabat. Nixtieq li jkun hemm bidla fil-pjani lokali tas-sena 2006 għaż-żona ta’ Ħondoq ir-Rummien, biex din iż-żona terġa’ titpoġġa għall-affores tazzjoni u bħala park naturali.”
“Qegħdin noġġezzjonaw ukoll li l-istudju tal-impatt am bjentali tlesta mingħajr ma saru l-korrezzjonijiet fl-istudju dwar l-impatt tat-traffiku, li hu bbażat fuq żbalji serji. Dan l-iżvilupp se jkollu impatt negattiv fuq l-ambjent Għawdxi, b’mod partikolari fuq it-turiżmu fejn għadd ta’ turisti jiġu Ħondoq ir-Rummien biex igawdu l-ambjent naturali tal-post. Il-Qalin diġà esprimew lilhom infushom fuq il-proġett, fejn 85% tar-residenti vvotaw kontra l-proġett.
Dan qiegħed ikun injorat u għalhekk aħna nduru fuq l-Unjoni Ewropea biex tipproteġi d-dritt tagħna għal ambjent b’saħħtu”, tgħid l-ittra.