SOS Hondoq News

Thursday, May 27, 2010

Manuvri biex ifittex jinhareg il-permess ghall-izvilupp fil-bajja ta’ Hondoq

Pubblikata fuq l-Kulhadd nhar s-Sibt 22 ta' Mejju, 2010.

F’Ghawdex jinsabu ghaddejjin movimenti qawwija biex kemm jista’ jkun jithaffu l-affarijiet halli jfittex jinhareg il-permess ghall-izvilupp tal-inhawi tal-bajja ta’ Hondoq ir-Rummien, fil-limiti tal-Qala. Bhalissa qieghda ssir pressjoni kbira minn sorsi nfluwenti hafna f’Ghawdex biex tfittex isir il-konsultazzjoni pubblika li hija prerekwizit biex tkun tista’ tigi pprocessata l-applikazzjoni ghall-izvilupp tal-progett ta’ Hondoq u fil-fatt din sejra ssir nhar il-Hamis li gej.

Fis-snin u fix-xhur li ghaddew l-ipprocessar ta’ din l-applikazzjoni kien qed jiehu l-hin tieghu u kien qed isir bir-ritmu normali. Imma fil-gimghat li ghaddew f’daqqa wahda bdiet tinghafas il-pedala tal-gass, huwa bhal donnu tezisti premura kbira biex l-affarijiet jithaffew kemm jista’ jkun malajr. Dakollu bl-iskuza li x-xoghol u l-kummerc f’Ghawdex jinsab stagnat u l-progett ta’ Hondoq li fih elementi qawwija ta’ spekulazzjoni, qed jinbiegh minn dawk li ghandhom subghajhom imbill f’dan il-progett, li dan se johloq hafna opportunitajiet ta’ xoghol huwa u jinbena u anki meta jitlesta.


Sorsi ta’ min jorbot fuqhom qalu lil din il-gazzetta li kemm l-Arcipriet u l-Kap tal-Iskola tar-rahal tal-Qala, ma accettawx li s-smigh pubbliku ssir fis-sala taghhom. Imma d-Direttur tal-Edukazzjoni ta ordni lill-Kap tal-Iskola biex il-konsultazzjoni pubblika ssir fis-sala tal-iskola. L-ikbar inkwiet ghar-residenti tal-Qala mhuwiex biss il-qirda ambjentali tal-bajja ta’ Hondoq li huma jiffrekwentaw ghall-ghum specjalment, imma kif il-volum tat-traffiku li se johloq dan il-progett kemm fil-fazi tal-kostruzzjoni tieghu u anki meta jkun lest u miftuh se jgib herba mill-qalba tar-rahal bil-volum ta’ traffiku li se jkun ghaddej minnha.
Ghalkemm l-istudju tal-impatt tat-traffiku (it-TIS) ta’ dan il-progett ghadu ma tlestix, minn kif jidher is-smigh pubbliku se jsir propju fis-27 ta’ dan ix-xahar. Bil-manuvri li qeghdin isiru dwar dan il-progett, jidher li se jiccaqilqu l-affarijiet propju f’daz-zminijiet fejn il-pubbliku in generali se jkun aljenat sew bit-Tazza tad-Dinja u l-attenzjoni ta’ dawk in-nies li jsegwu dawn l-affarijiet ghadha kkoncentrata fuq l-iskandlu tal-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ta’ Delimara.
Huma bosta dawk li qed jistaqsu kif jista’ jsir is-smigh pubbliku dwar il-progett ta’ Hondoq jekk ghadu mhux lest it-TIS u wahda mill-problemi ewlenin li se johloq dan il-progett hija propju kif se jigi mmanigjat il-volum ferm akbar ta’ traffiku li se johloq dan il-progett.


Ghalkemm l-izviluppaturi ntrabtu li juzaw toroq alternattivi minn fejn jghaddu l-ingenji taghhom minflok it-triq principali li tghaddi minn go nofs il-pjazza tal-Qala, jezistu dubji kbar kemm jista’ jinzamm impenn bhala dan. Fil-prattika dat-tip ta’ obbligi u kundizzjonijiet minkejja li jitnizzlu fil-permess, qajla jigu osservati. Hekk perezempju l-kumpannija Road Construction skont il-permess li ghandha ghall-barriera f’Ras il-Qala, l-ingenji taghha suppost li jghaddu minn triq sekondarja imma t-trukkijiet taghhom xorta wahda jghaddu min-nofs il-pjazza tar-rahal. L-ikbar inkwiet dawk li ghandhom ghal qalbhom l-harsien ta’ Hondoq u tal-village core tal-Qala huwa li jistghu jitnizzlu l-kundizzjonijiet kollha immaginabbli fil-permess tal-izvilupp, imma fl-ahhar tal-gurnata l-volum kbir tat-traffiku xorta se jispicca jghaddi minn gol-qalba tar-rahal u f’partijiet mit-triq din bil-kemm hija wiesa’ kull 4.2 metri.


Ta’ min jghid ukoll li r-raba bejn Hondoq u l-Imgarr hu hafna minnu proprjetà ta spekulaturi kbar li qeghdin jistennew li johrog il-permess tal-progett ta’ Hondoq biex imbaghad ikunu jistghu jizviluppaw l-art taghhom.


Sadattant fi zvilupp iehor konness mal-hrug tal-permess ghal dan il-progett, il-Vici-Sindku Nazzjonalista tal-Qala Ray Xerri spicca dawwar fehmtu dwar il-progett ta’ Hondoq. Sa ftit tal-gimghat ilu Ray Xerri dejjem iddikjara li kien kontra l-progett ta’ Hondoq. Tant hu hekk f’settembru 2009 meta kienet qed tigi diskussa mozzjoni mressqa fil-Kunsill Lokali tal-Qala kien iddikjara li huwa kontra l-progett. Imma waqt il-laqgha tal-Kunsill Lokali tal-Qala li saret nhar l-Erbgha 12 ta’ Mejju, Ray Xerri ghamel kuntrumbajsa li ma bhala meta issa ddikjara ruhu li hu favur l-progett ta’ Hondoq ghax skont hu ser johloq ix-xoghol u se jnehhi l-kruha tal-barriera li hemm fil-vicinanzi. Ray Xerri huwa wiehed mis-sidien li kisbu l-permess kontroversjali biex jizviluppaw il-proprjetà li ghandhom fuq il-Belveder tal-Qala.