Alternattiva għall-proġett mostruż propost għal Ħondoq ir-Rummien:Għandu jinbidel f’park nazzjonali – il-Moviment Ħarsien Ħondoq
Pubblikata fuq l-Orizzont nhar l-Erbgha 3 ta' Gunju, 2009.
Il-Moviment Ħarsien Ħondoq jaqbel u jsostni l-proposta li ħarġet biha l-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar, fis-sens il-Gvern imissu juża fondi tal-Unjoni Ewropea biex jixtri mingħand sidien privati raba’ li dawn għandhom jagħmel parti minn siti storiċi kif ukoll art ħadra u miftuħa fejn il-poplu jista’ jieħu nifs bħalma huwa Ħondoq ir-Rummien.
Ħaġa bħal din diġà saret fil-Qala fl-1937, fi żmien Sir Temi Zammit, meta l-Gvern xtara l-għalqa li fiha l-ġebla l-wieqfa. (menħir)
Intqal li l-proġett monstruż propost għal Ħondoq ir-Rummien, li jinkludi bini ta’ seba’ u disa’ sulari mal-ġnub tal-wied, lukanda u marina għall-jottijiet, jikkontradixxi il-viżjoni tant pubbliċizzata tal-Gvern biex Għawdex ikun Gżira Ekoloġika. Dan il-proġett iħassar waħda mill-karatteristiċi ta’ Għawdex li tant tiġbed lejha Maltin u turisti.
Fuq inizjattiva ta’ Flimkien għal Ambjent Aħjar, il-Moviment Ħarsien Ħondoq flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Qala taw l-appoġġ tagħhom biex tnediet kompetizzjoni fost l-istudenti periti tat-tielet sena tal-Università ta’ Malta fejn se jissottomettu pjanti bl-ideat żgħażagħ tagħhom, sew tad-distillatur żdingat kif ukoll taż-żona mitluqa tal-barriera f’Ħondoq ir-Rummien biex jinbidel f’park nazzjonali. B’hekk dan il-post ikun jista’ jitgawda minn kul-ħadd.
Ta’ min wieħed jinnota li sal-2002 l-art inkwistjoni kienet għadha f’idejn il-Gvern u kienu diġà saru pjani mill-Kunsill Lokali tal-Qala biex isir park nazzjonali. Fil-pjan lokali għal Għawdex li sar fl-2006 Ħondoq ir-Rummien inbidel minn żona ta’ rikreazzjoni għal waħda ta’ żvilupp minn wara dahar kulħadd. Saret ukoll referenza għar-referendum li sar fil-Qala fejn 85% ivvotaw kontra dan il-proġett. Ta’ min wieħed jinnota ukoll li meta kien ippubblikat l-EIS, dan il-proġett kellu l-akbar ammont ta’ ‘registered objectors’ fl-istorja tal-MEPA.
Għalhekk il-Moviment Ħarsien Ħondoq ma jistax jifhem kif proġett li ser joħloq tant dannu għal din il-parti t’Għawdex, kif ukoll għandu tant nies joġġezzjonaw kontrih, se jibqa’ jiġi proċessat mill-MEPA.