Il-Gvern mitlub jixtri siti storiċi mill-privat
Pubblikata fuq l-Orizzont nhar t-Tnejn 25 ta' Mejju, 2009.
L-għaqda ambjentali Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA) qiegħda tħeġġeġ lill-Gvern biex juża fondi mill-UE ħalli bihom jixtri mingħand sidien privati siti storiċi u ġonna fil-qalba tal-ibliet u l-irħula li jagħtu nifs lill-istess lokalitajiet.
Fost is-siti li FAA qiegħda tħeġġeġ li jiġu salvati għall-ġid tar-residenti tal-madwar hemm Ħondoq ir-Rummien, Wied il-Għasel, spazju pubbliku f’Wied il-Għajn u Villa Bonici f’Tas-Sliema (ritratt). L-appell tal-għaqda sar wara li hi ħarġet tfaħħar lil Heritage Malta tad-deċiżjoni li tixtri biċċa art mibnija viċin it-Tempji ta’ Skorba fl-Imġarr fejn hemm tempji mhux daqstant magħrufa. L-art li xtrat il-Heritage Malta diġà kellha l-permess biex tinbena.