Id-Dwejra, Hondoq ir-Rummien u Chambray
Pubblikata fuq it-Torca nhar l-Hadd 13 ta' April, 2008.
Ma nistax nifhem kif il-poplu tar-rahal tieghi qatt ma hu ser jitghallem. Qed nirreferi ghall-froga li saret fid-Dwejra. Ir-restaurant/information centre.
Hawn nistaqsi lil-Kunsill jekk ghamilx xi oggezzjoni ghall dan il-monstru. Iva jew le? Nixtieq li jaghtuna ftit informazzjoni . Din x`kienet r-raguni li l-ewwel thalliet titwaqqaf l-istruttura imbaghad l-MEPA waqqfitom. Mela dan ix-xoghol sar kollu matul xi lejl wiehed u l-ghada sibnieh hemm? Ghax nahseb damet ftit biex inbniet din l-istruttura. Jien wisq nibza li din l-istruttura ser tkun l-bidu ghat-tmiem tal-ambjent tad-Dwejra ghax madwar din l-area hemm zviluppaturi mustaccuni li zgur ser jippruvaw jbillu subghajom ukoll.
Possibbli l-memorja taghna hi daqshekk qasira? Insejna ta’ meta kienet qed tinbena l-lukanda f'San Lawrenz, kemm weghduna li ahna kien ser jkollna xoghol hemmekk? Mur illum u ara kemm nies minn San Lawrenz jahdmu hemm. Jien li sikwit mmur hemm qatt ma ltqajt hlief ma barranin. Possibbli forsi ghax ma ghandniex in-nemex jew ghax ma ghandniex xagharna isfar, jew ghax l-Ghawdxin ghandhom il-wicc tost li jippretendu paga dicenti?
Issa tfacca dan l-information centre/restaurant li ser jirrovina l-ambjent tad-Dwejra. Dan ghax is-sindku stqarr li jrid lil San Lawrenz jikber? Mur gibu minflok is-sindku tal-Qala kemm kieku kien jilqahhom b`idejh miftuhin ghall-progett ta' Hondoq ir-Rummien.
Ahna l-ghawdxin kemm ser ndumu ma nitghallmu - CHAMBRAY insejnih? Kemm kienu weghdu lin-nies ta' Ghajnsielem li kien ser jkollom xoghol hemm? Il-lukandi li twaqqew u gew ikkonvertiti fi flats insejnihom wkoll? Ma din taqa wkoll parti mill-lukanda ta San Lawrenz fejn nbniet flats. Possibbli l-ghamad ghar-reghba ghal-flus taghmina tant li ma naghtu kas ta xejn hlief kemm ser jibqa fis SASSLA.
Ghad jigi zmien li min ghad jigi warajna ghad jishet lil dawk l-individwi li kienu hadu dawk ic-certi decizjonijiet ghax Ghawdex gej gungla tal-konkrit. Possibli dawn in-nies qatt ma raw xi ritratt qadim u messitom l-kuxjenza ?
Hawn ndur fuq il poplu tal-Qala li kellu l-guts li jqum u jsemma lehnu biex ma tinqeridx l-bajja ta' Hondoq ir Rummien (fejn jien u l-familja ta' sikwit mmorru fis sajf) ghall meta kien organizza referendum fejn l-polpu b`maggoranza kbira oggezzjona kontrih. Possibli l-Kunsill ta' San Lawrenz ma setax jaghmel xi haga simili?
Hawn nitlob lis-sindku tal-Qala u lil dik l-ghaqda li qed jithabtu halli Hondoq ir-Rummien jibqa jitgawda minn kulhadd biex ikomplu jirsistu u jaghtu ezempju lill-kunsill taghna u lill-poplu.
Qabel naghlaq minn qalbi nitlob lill-kunsill jara x`jista jaghmel halli dan l-monstru jitlaq. Ma din l-karba ma nistax ninsa lil politici li jistghu jaghtu daqqa t'id wkoll jekk veru jipprattikaw dak li jippriedkaw.
Qalb Mugugha
Victoria.