Kollox lest ghar-“rovina” ta’ Hondoq ir-Rummien fil-Qala
Pubblikata fuq l-Orizzont nhar it-Tlieta 4 ta' Marzu, 2008 minn Brandon Pisani.
Kollox jinsab imhejji li jekk jerga’ jigi elett Gvern Nazzjonalista, il-bajja pittoreska ta’ Hondoq ir-Rummien se tigi rrovinata darba ghal dejjem. Sorsi ta’ min jorbot fuqhom qrib l-Awtorità Maltija ghall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) zvelaw ma’ l-orizzont li l-progett ta’ Hondoq ir-Rummien se jkun wiehed mill-ewwel progetti ewlenin li se jigi approvat mill-MEPA. Dan il-progett kontroversjali u ta’ qerda ambjentali ilu fuq l-ixkafef tal-MEPA ghal dawn l-ahhar sitt snin. Wara li l-ewwel proposta sabet il-“LE” tal-poplu tal-Qala, erba’ snin wara l-izviluppaturi pprezentaw lill-awtorità l-istess applikazzjoni, izda fuq “skala izghar”.
L-istess sorsi sahqu ma’ l-orizzont li l-izviluppaturi tal-progett bl-isem ta’ “Qala Creek” riedu li dan jigi approvat sa mill-2006 biex il-progett ikun komplut sa l-2010. Madankollu, fuq parir tal-Gvern, il-MEPA zammet lura din l-applikazzjoni bil-ghan li l-permess ma jigix quddiem il-Bord tal-MEPA qabel l-Elezzjoni Generali biex il-Partit Nazzjonalista ma jidhirx ikrah ma’ l-elettorat Ghawdxi.
Izda wara pressjoni, li allegatament ghamlu l-izviluppaturi biex dan il-progett jigi mbottat ’il quddiem u ma jintilifx aktar zmien, dan se jigi approvat wara l-Elezzjoni Generali. Is-sorsi sahqu ma’ l-orizzont li kulhadd jaf li dan il-progett ghandu l-appogg shih ta’ Lawrence Gonzi.
Issa li Gonzi ddikjara li jekk jekk jitla’ fil-Gvern fil-legislatura li jmiss jiehu f’idejh ir-riforma tal-MEPA minflok il-Ministru responsabbli bhalissa George Pullicino, xejn mhu se jxekkel milli dan il-progett jinghata l-permessi necessarji mill-ewwel biex isir.
Wiehed jista’ jfakkar kif waqt mass meeting fuq il-Fosos lura fl-2006, Gonzi kien heggeg lin-Nazzjonalisti biex jarmaw id-dentatura u fost affarijiet ohrajn ddikjara li hu favur dan il-progett u li se jappoggjah. Dan wera li l-Gvern Nazzjonalista injora ghal kollox ir-rizultat tar-referendum fost ir-residenti Qalin.
Minn informazzjoni li ghandu dan il-gurnal, jirrizulta li sahansitra s-sena l-ohra Lawrence Gonzi u Joe Saliba kienu baghtu ghal ambjentalist Ghawdxi u stiednuh ghal ikla fil-Lukanda Calypso bil-ghan li jikkonvincuh jaccetta li l-progett ta’ Hondoq ir-Rummien huwa tajjeb.
L-art bejn Hondoq u l-Imgarr
Fil-proposta ta’ l-Avukat Victor Bajada – il-mohh wara l-progett “Qala Creek” u l-kumpanija Gozo Prestige Holidays Ltd – kien propost li minhabba li dan il-progett, meta jkun komplut, se jiggenera aktar traffiku lejn il-bajja u ghalhekk kif inhi s-sitwazzjoni bhalissa, mill-qalba tar-rahal tal-Qala, ghandha tinbena triq gdida mal-kosta bejn Hondoq ir-Rummien u l-Port ta’ l-Imgarr. Skond l-izviluppaturi, it-traffiku se jkun l-akbar problemi ghax qeghdin jahsbu li jghaddu mill-Qala medja ta’ 1,000 vettura fil-gimgha. Madankollu, jekk issir din it-triq, l-aktar li se jgawdu huma ghadd ta’ zviluppaturi ohrajn li ghandhom l-art – li hija art agrikola mill-aqwa – tul il-kosta ta’ bejn Hondoq u l-Imgarr.
l-orizzont huwa informat li dwar din il-medda ta’ art saret ricerka dwar min huma l-proprjetarji taghha. Dan il-gurnal ghandu f’idejh pjanta li turi li din l-art hija ta’ diversi zviluppaturi, kemm Ghawdxin kif ukoll Maltin. Fost dawk li ghandhom il-proprjetà hemm Emidio Azzopardi, maghruf bhala “Miedju tal-Bies”, li huwa l-istess zviluppatur li applika biex jizviluppa l-Ulysses Lodge fir-Ramla l-Hamra li wara li giet approvata, dan il-permess gie rtirat. Dan ghandu wkoll kamra zghira f’Hondoq ir-Rummien li hija fornuta wkoll bl-elettriku (fic-cirku lemin).
Zviluppaturi ohrajn li ghandhom art fuq din il-medda tal-kosta hemm Joseph Cassar, Joe Vella, Tal-Barunijiet, Ta’ Frenc, Ta’ Karkanja u Tal-Maltin. Sorsi f’Ghawdex sahqu ma’ l-orizzont li jekk issir din it-triq fuq l-art tagghom, dawn l-izviluppaturi se jkun qeghdin jitolbu bhala kumpens li jibnu huma wkoll fuq din l-art biex b’hekk ikunu jistghu jizviluppaw dan il-post f’zona turistika.
L-istess sorsi rrimarkaw li “jidher car, li jekk il-permess ta’ Hondoq ir-Rummien jigi approvat, dawn l-ispekulaturi kollha huma lesti biex japplikaw ghal progetti simili tal-‘Qala Creek’ huma wkoll madwar l-kosta. Ma noqoghdux nemmnu l-iskuzi taghhom li se jhaddmu hafna nies. L-izviluppaturi weghdu li se jhaddmu ma’ l-400 persuna u l-ewwel preferenza tinghata lil dawk li jghixu fil-Qala. Infakkar biss li n-nies ta’ Ghajnsielem ukoll kienu mwieghdin li se jahdmu mat-3,000 persuna meta gie propost il-progett ta’ Chambray. L-iskop ta’ l-ispekulaturi huwa biss li jibnu kemm jifilhu appartamenti fl-inqas spazju possibbli halli jaghmlu aktar profitt”, qalulna s-sorsi minn Ghawdex.
Progetti kontroversjali
Il-progett “Qala Creek” twieled l-ewwel darba sitt snin ilu u kien qajjem kontroversja shiha f’Lulju ta’ dik is-sena meta l-Gozo Prestige Holidays Ltd tefghet l-applikazzjoni PA03798/02 biex tizviluppa l-Bajja ta’ Hondoq ir-Rummien b’investiment ta’ bejn Lm35 miljun u Lm40 miljun.
Madankollu r-reazzjoni kienet wahda negattiva. Il-Kunsill Lokali tal-Qala, bejn il-15 u s-17 ta’ Novembru ta’ l-2002, organizza referendum konsultattiv ghall-Qalin biex jivvotaw jekk humiex favur jew kontra. Dak in-nhar 84.5% ivvotaw kontra li jsir il-proæett, waqt li 15.5% ivvotaw favur. Izda erba’ snin wara dan ir-referendum, il-Gozo Prestige Holidays Ltd ghamlet proposti “godda” ghall-izvilupp ta’ din il-bajja pittoreska fil-Qala u pprezentathom lill-MEPA fi ‘Project Development Statement’ ta’ 136 pagna. Il-Gozo Prestige Holidays Ltd qalet li dan il-progett mistenni jiswa ¢75 miljun.
Dan il-progett, fuq “skala izghar” izda bl-istess applikazzjoni (PA03798/02), fih xi “modifiki”, fosthom lukanda b’170 sodda (minflok 400 sodda kif propost fl-2002); 200 residenza bejn djar u appartamenti (minflok it-300 kif propost fl-2002); u ‘yacht marina’ b’irmigg ghal bejn 100 u 150 dghajsa (flok ghal 200 dghajsa kif propost fl-2002).
L-MLP kontra dan l-isfregju
Matul dan iz-zmien kollu ta’ kontroversji, il-Partit Laburista tkellem dwar dan il-progett u ddikjara b’mod car li hu kontra dan l-izvilupp. Il-Partit Laburista jishaq li bl-approvazzjoni ta’ dan il-progett dan ikun ifisser li l-Bajja ta’ Hondoq ir-Rummien se titpogga f’riskju serju, kemm fil-rigward ta’ l-ezistenza fizika taghha stess, kif ukoll fir-rigward tad-dritt tal-pubbliku li jkollu kull access ghall-bajja u l-inhawi ta’ madwarha. Il-proposta ghall-izvilupp kif imressqa quddiem il-MEPA, tmur kontra l-principji ta’ zvilupp sostenibbli.
Il-bdil fil-Pjan Lokali
Fil-waqt li f’Awissu ta’ l-2006 il-MEPA nsistiet mal-Kunsill Lokali tal-Qala li se timxi mal-Pjan Lokali ghal Ghawdex, li gie approvat mill-Gvern, f’Ottubru ta’ l-istess sena, l-orizzont kien zvela li dan il-Pjan Lokali nbidel, x’aktarx biex jigi agevolat l-izviluppatur u b’hekk ikun jista’ bla xkiel ta’ xejn jizviluppa Hondoq ir-Rummien f’post turistiku. Dan ir-rapport sal-lum – sentejn wara – ghadu ma giex michud.
Fatti li huma miktubin bl-iswed fuq l-abjad juru wkoll li l-art fejn hemm propost li jsir il-progett kienet ilha tal-poplu tal-Qala mill-25 ta’ April, 1970, izda tilfu d-dritt ta’ din l-art permezz ta’ dikjarazzjoni li ffirma l-President ta’ Malta ta’ dak iz-zmien, il-Professur Guido de Marco, fl-20 ta’ Gunju, 2002. De Marco kien iddikjara li l-Gvern m’ghadx ghandu bzonn l-art ta’ Hondoq ir-Rummien u ddikjara li “ghall-finijiet u l-effetti kollha tal-ligi, l-art imsemmija m’ghadhiex aktar mehtiega mill-awtorità kompetenti ghal skop pubbliku”.
Biex tara r ritratti, idhol fuq http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=42570