SOS Hondoq News

Friday, January 04, 2008

Meta n-natura tizboq kull progett

Pubblikata fuq l-Orizzont nhar l-Gimgha 4 ta' Jannar, 2008 minn Brandon Pisani.

Il-bajja pittoreska ta’ Hondoq ir-Rummien, fil-Qala, Ghawdex, matul l-ahhar hames snin, kemm-il darba kienet fl-ahbarijiet minhabba l-proposta ta’ l-izvilupp kontroversjali tal-Qala Creek. Wara l-biza’ li din il-bajja tista’ tinqered b’dan l-izvilupp, xorta wahda, Hondoq ir-Rummien sab ghadu iehor – it-temp – hekk kif sfortunatament, ix-xita li ghamlet fl-ahhar jiem halliet dizastru liema bhalu f’din il-bajja li hija tant ghal qalb il-Qalin u ta’ l-Ghawdxin.

Wara x-xita li ghamlet fi tmiem il-gimgha li ghaddiet, l-orizzont zar Hondoq ir-Rummien u ra b’ghajnejh id-dizastru li sehh. Fl-istess waqt, l-orizzont ghamel ftit ricerka dwar l-istorja ta’ din il-bajja u kif Hondoq ir-Rummien m’ghandux bzonn progett bhal dak propost biex jittranga, izda b’mod naturali jista’ jittranga u l-gmiel li kien fih fl-antik jista jerga’ jigi kif kien.

Minn dak li sibna, sirna nafu li fl-antik, l-ilma tax-xita li kien jinzel mill-qalba tal-Qala, jibqa’ sejjer ghall-Wied tal-Marga – kif ghadu jinzel sal-lum il-gurnata - u wara kien jingabar fi speci ta’ barriera antika li giet qisha ghadira.

Din qieghda fuq in-naha tal-lemin, int u niezel lejn Hondoq ir-Rummien fejn hemm hafna qasab taht ir-rih tal-barriera ftit qabel il-Kappella tal-Blat.


X’hin din kienet timtela, l-ilma kien imur in-naha l-ohra fejn kien hemm ghadira kbira ohra, fejn illum hemm il-barriera u hemm qisu krejn imkisser fuq ir-rih u fejn hemm propost li ssir il-lukanda. Imbaghad jekk din kienet timtela bl-ilma tax-xita, l-ilma kien jis-picca f’post li jghidulu “tal-Lozor”, ezatt fejn se tkun il-bokka tal-jott marina u l-ilma qatt ma kien imur ghal gol-bajja. L-ilma kien jintuza mill-bdiewa specjalment fis-sajf. Fl-antik anke kien hemm min kien jghum fiha.

Residenti Qalin li tkellmu ma’ l-orizzont qalu li fost l-affarijiet li jistghu jsiru biex l-ghadira terga’ tigi fl-istat naturali li kienet qabel u l-post jissebbah mill-gdid, huwa li titnaddaf din l-ghadira u tinholoq ghadira ohra bhalma kien hemm fl-antik u hekk, mhux biss jissebbah il-post, izda anke tigi solvuta l-problema ta’ l-ilma.

L-ilma li kien jingabar f’dawk iz-zewg ghadajjar illum kollu jispicca jghaddi mill-bajja u jkaxkar ir-ramel. Issa kull darba li taghmel xi halba xita qawwija, ir-ramel kollu tal-bajja jispicca fil-bahar.

L-ilma tal-wied, li qabel kien jispicca fl-ghadajjar, issa sab postijiet ohrajn mnejn jghaddi u anke spicca jghaddi mit-triq u issa l-ilma qed ikaxkar kollox mieghu ghal gol-bahar.

L-istess residenti sahqu ma’ l-orizzont li “Hondoq ir-Rummien inqisuh bhala prostituta li wara li kulhadd inqeda minnu, imbaghad kulhadd hallieh abbandunat.

Issa ghax il-Kunsill tal-Qala jrid jiehu hsiebu, sibna minn irid juzah ghall-iskopijiet tieghu. Il-bajja giet dizastru bix-xita, ahseb u ara kif se tkun affettwata l-bajja meta jibda’ jitqatta’ l-blat ghall-progett.

Issa l-izviluppaturi pproponew li jnehhu dik it-triq ukoll (ghax parti minnha tigi f’nofs l-progett) u se jaghmlu triq ohra bhalma kienet qabel, wieqfa hafna”.

Il-progett propost tal-Qala Creek, skond l-izviluppaturi Gozo Prestige Holidays, se jkun jiswa 72 miljun Ewro. Skond l-izviluppaturi, l-art fejn se jsir il-progett hija taghha u tkopri 107,597 metru kwadru. Huma se jizviluppaw 56,880 metru kwadru mill-barriera ta’ Hondoq.

Hekk kif jinhareg il-permess, l-iskavar mistenni jdum bejn 15-il xahar u 18-il xahar, waqt li x-xoghol kollu mistenni jdum erba’ snin.

Iz-zona tal-progett Qala Creek hija bejn l-inhawi maghrufin bhala “Ta’ l-Ghassa” fil-Lvant tal-barriera u bejn l-inhawi maghrufin bhala “Ta’ Kordina” fit-Tramuntana tal-barriera. Iz-zona tkopri wkoll l-inhawi ta’ “Hondoq ir-Rummien Gorge” u “Hondoq ir-Rummien Valley” fil-Punent u n-Nofsinhar tal-barriera rispettivament.

Ta’ min ifakkar li bejn il-15 u s-17 ta’ Novembru tas-sena 2002, il-Kunsill Lokali tal-Qala organizza referendum konsultattiv ghall-Qalin biex jivvotaw jekk humiex favur jew kontra l-progett Qala Creek.

Ghal dan ir-referendum hargu jivvotaw 966 (74.4 fil-mija) minn 1,298 resident fil-Qala li kienu elegibbli ghall-vot. Minn dawn, 806 (84.5 fil-mija) ivvotaw kontra li jsir il-progett, waqt li 148 (15.5 fil-mija) ivvotaw favur il-progett. Kien hemm biss 12-il vot invalidu.

Biex tara l-artiklu inkluz r-ritratti, mur fuq http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=40961