SOS Hondoq News

Sunday, February 24, 2008

Hondoq ir-Rummien u l-Ghawdxin

Pubblikata fuq it-Torca nhar l-Hadd 25 ta' Frar, 2008 minn Paul Buttigieg.

Ma tistax titkellem jew tikteb dwar is-sbuhija ta’ l-ambjent naturali ta’ Ghawdex, minghajr ma ssemmi jew, dak li hu aghar, telimina l-importanza u l-valur naturali ta’ Hondoq ir-Rummien, l-unika bajja li fadlilhom l-Ghawdxin fil-lvant/xlokk ta gzirithom. Nistghu nghidu li jekk jinqered Hondoq, ix-xlokk ta’ Ghawdex ikun qed jizzarma mill-gawhra naturali tieghu.

Importanti ghal kulhadd

Miniex nitkellem hekk ghax jien mill-Qala jew ghax ghandi xi nteressi personali aktar mill-komunitarji. Il-principju huwa wiehed: Hondoq huwa post importanti ghal kulhadd – Qalin, Ghawdxin, Maltin jew turisti barranin – ghax huwa refugju ta’ mistrih, b’arja pura u bahar nadif, b’xeni naturali u ambjent uniku, accessibbli ghal kulhadd. Huwa l-bajja wiesa’ bizzejjed biex tilqa’ fiha, fuq ix-xtajta u fuq il-blat ta’ madwar, kull xorta ta’ nies li jmorru hemm biex jinqatghu mill-hsejjes u d-dhahen u jgawdu ftit kwiet u arja nadifa fil-miftuh.

Hemmhekk eluf ta’ familji jiltaqghu flimkien ghal xi ghawma nadifa jew xi barbikju familjari fuq il-blat matul is-sajf. Hemmhekk jghoxew l-ghaddasa meta jkun rih fuq; hemmhekk jigu jixxemxu eluf ta’ turisti, imperrcin fuq ir-ramel jew fuq il-blat, b’mohhom mistrih mill-fittagni jew mis-serq, ghax protetti hafna mill-istess ambjent. Hemmhekk id-dilettanti tas-sajd jixxalaw fil-hemda bil-qasba taghhom, minn fuq moll hieles mid-dghajjes, speed-boats u xkiel iehor; hemmhekk tant familji Maltin u Ghawdxin iwaqqfu l-kamp taghhom ghal-gimgha jew tnejn, biex igawdu s-sajf fil-frisk u fil-kwiet; hemmhekk isiru wkoll attivitatjiet rikrejattivi organizzati minn gruppi ghawdxin ghall-membri ta’ l-ghaqdiet taghhom.... Hemmhekk ukoll wiehed jista’ jaghmel mixja mal-kosta, fil-kwiet tal-kampanja jew fuq il-blat gheri u jimtela’ b’energija gdida u nadifa li tghinu fil-maratona ta’ hajja mghaggla u storbjuza.

Imma... mhux kulhadd!

Madankollu, minhabba l-ghama tar-reghba tal-flus, f’isem il-progress, mhux kulhadd jifhem dan il-gid naturali, jew lest li jibza’ ghalih! Bhalma jaf kulhadd, f’dawn l-ahhar snin tfaccat theddida serja ghal din il-bajja pittoreska u ghal dawk kollha li jfittxu s-serhan taghha.

Xi negozjanti u zviluppaturi tefghu ghajnejhom ukoll fuq Hondoq ir-Rummien. Ghax illum il-flus kollox! Ghalhekk iridu jibdlu lil Hondoq ir-Rummien f’villagg turistiku u ‘yacht marina’. Progett fantastiku, msejjah ‘Qala Creek’, li jbiddel totalment wicc Hondoq f’ wiehed monstruz bhal hafna bajjiet ohra meqruda bil-progress f’ Malta u f’Ghawdex. Progett enormi biex ikissru n-natura u jibnu babilonja ohra ta’ appartamenti u vilel; ‘yacht marina’ mhaffra gol-blat zonqri ta’ barriera storika; bil-holma “sabiha” (!) ta xi 150 ‘yacht’ jiskariggaw biz-zjut u rifjut iehor li jhallu fl-ilma safi tal-bajja... U l-popolazzjoni villeggjanti? Aktarx wahda daqs ir-rahal kollu tal-Qala attwalment, wahda ta’ madwar 1500 ruh fi spazju ta nofs kilometru kwadru!

Kif tista taqbel ma zvilupp ta’ din ix-xorta u fl-istess hin tghid li tapprezza l-ambjent naturali ta’ Ghawdex?! Kif jista jkun, skond l-applikazzjoni li saret lill-MEPA, issostni li l-indafa tal-bajja ta’ Hondoq mhix ser tintmess ghax il-progett se jsir fl-ispazju mhaffer fil-barriera, meta l-bokka tal-progett kollu se jkun ftit metri biss ‘l boghod mix-xtajta nadifa li bhalissa ghanda?! U x’arja nadifa ser tibqa’ f’Hondoq bid-dhahen ta’ ‘yachts’ u ngenji ohra, drenagg, skart u hmieg iehor li jistghu jhallu mal-1500 ruh li jaghmlu darhom hemm?!


Hondoq illum....... u ghada?

Fil-prezent Hondoq ir-Rummien qed jintuza minn eluf ta’ nies, specjalment fis-sajf, mhux bhala residenza okkupata kontinwament imma ghal xi sieghat ta’ mistrih fil-kwiet u fl-indafa. X’ser isir minn tant nies, Ghawdxin u Maltin, li jistghu liberalment izuru u jgawdu lil Hondoq illum, ghada pitghada ma jaf hadd! Mal-privat ma ticcajtax! Il-bierah “taghkom”, illum “taghna”, u ghada “tieghi biss”...

Ghaqqad l-eluf ta’ llum li jigu u jmorru, ma l-eluf aktar ta’ ghada li gew biex joqghodu u jikkapparraw dak li bhalissa hu ghal kulhadd u ta’ kulhadd! Tal- ‘Qala Creek’ se jrabbu l-arja u l-arroganza li jghidu u jsostnu bla tlaqliq: “hawnhekk taghna!”... Ebda gvern jew bagit parlamentari ma jkun jista’ jrodd lura lill-Ghawdxin ‘kollha’ dik il-liberta, dak l-izvog u l-mistrih, u dak kollu li llum jistghu jgawdu f’Hondoq ir-Rummien!

Qed jgi mwieghed il-provvediment ta’ hafna xoghol, impjiegi, salarji fissi u qliegh ‘providenzjali’ (!) ta’ flus... Ghax ghall-hafna, il-progress dan ifisser: kemm aktar flus ser indahhlu f’butna!... Imma progetti ohra kbar li twettqu u llum spiccaw fix-xejn; lukandi kbar li llum huma vojta jew bil-bibien maghluqa; bajjiet sbieh bhaz-Zewwieqa li llum huma biss holma; azjendi kbar ta’ fama mondjali li pprovdewlna x-xoghol ghal fit snin u llum zarmaw u telqu band’ohra; miljunarji li approfittaw ruhhom bi progetti fantastici, ghasruna bhal lumija, u baxx baxx warrbu u telqu... dawn ahjar ma nsemmuhomx!. L-aqwa li nkomplu noholmu u nghoddu l-flieles qabel ma jfaqqsu, ghax irridu nsiru miljunarji.... Imbaghad l-aktar li nistghu nibdlu lukandi shah f’appartamenti u ‘yacht marinas’ fi ‘swimming pools’ !


Ghaliex mhux ghal kulhadd?

Skond il- ‘Gozo Local Plan” ta’ ftit snin ilu, kien gie ppjanat u deciz li l-art fejn kien issa propost il-‘Qala Creek’ kellu jkun mibdul f’park pubbliku li jitgawda minn kulhadd. U
l-Kunsill Lokali tal-Qala kien diga lesta xi pjanti u beda xi xogholijiet ta’ tindif, tahwil ta’ sigar u pjanti, tiswijiet u tisbih madwar ix-xtajta.... Kulhadd jaqbel li Hondoq ghandu jitranga ghall-ahjar, pero’ hemm mod u mod kif tirranga. Li tibni rahal iehor ta’ villeggjatura bhal Marsalforn u x-Xlendi u tgharraq l-ambjent naturali, huwa dizastru mhux zvilupp. U li zvilupp enormi bhal dan ikun ghall-gwadan ta’ min hu lussuz u sinjurun, u mhux ghal kulhadd, huwa skandlu u dnub gravi kontra l-Ghawdxin fil-maggoranza taghhom. Inhoss li huwa insult f’wiccna u f’darna.

Mhux ser insemmi l-kalvarju li jridu jghaddu minnu n-nies tal-Qala, bil-hsejjes u d-dhahen ta-trakkijiet mghobbija terrapien u blat maqtugh, li jkollhom jghaddu mit-toroq dojoq u mserrpa tar-rahal sa meta jitlesta l-progett. Lanqas m’ghandi ghalfejn insemmi x’riedu n-nies tal-Qala erba’ snin ilu fir-Referendum (specjalment dawk il-85% li vvutaw kontra) li kien sar dwar il-progett ‘Qala Creek’. U lanqas ghandi ghalfejn insemmi kemm il-Kunsill Lokali tal-Qala, kif ukoll il-Moviment Harsien Hondoq u mieghu tant ghaqdiet ambjentali nazzjonali ohra, qed jishqu kontra kull zvilupp goff li qed ihedded lil Hondoq....

Sa issa l-progett tal-‘Qala Creek’ ghadu ma giex approvat mill-MEPA. X’se jigri fi zmien sena jew tnejn ghadu ma jaf hadd.... Imma jekk Hondoq ir-Rummien ghadu b’rasu taht il-mannara, hadd aktar mill-Ghawdxin infushom ma jistghu jsalvawh. U jekk Hondoq s’issa ghadu taghhom ilkoll, jaqblilhom jitharrku qabel ikun tard wisq. Il-passivita’ tista’ tiftiehem u tissarraf f’kunsens silenzjuz ghall-qerda ta’ dak li llum qed igawdu fil-liberta’. S’issa Hondoq ghadu ta kulhadd..... ghada ma nafx!

Ghalhekk aghti sehmek billi tiffirma l-petizzjoni fuq www.soshondoq.blogspot.com u salva dak li llum ghadu tieghek u ghalik, ghal uliedek u wlied uliedek, ghall-futur ta’ Ghawdex u l-Ghawdxin, biex l-ambjent naturali ta’ gziritna ma jkomplix jinqered ftit ftit u jsir gungla ta’ konkrit ghax-xalar tas-sinjuruni!