SOS Hondoq News

Saturday, June 23, 2007

X’qed jigri fl-ambjent?

Pubblikata fuq l-Orizzont nhar l-Hamis 21 ta' Gunju, 2007 mill-ufficcju info. GWU.

Li ahna poplu li fil-parti l-kbira taghna m’ahniex konxji tal-harsien ta’ l-ambjent huwa fatt maghruf. U prova ta’ dan jaghtuh ir-rimi ta’ skart ta’ kull xorta fil-ftit kampanja li fadlilna f’pajjizna, l-ispekulazzjoni bla razan fil-widien u l-hafna bini storiku li jinsab mitluq u qed jaqa’ bicca bicca. Imma li issa jkun il-Gvern li flok jikkastiga lil min ikun hati ta’ reati kontra l-ambjent ikun hu stess, jew agenziji u awtoritajiet li joperaw f’ismu, li b’decizjonijiet taghhom ikomplu jgharrqu l-ambjent Malti, hi xi haga inkredibbli. Xi haga li ma titwemminx.

Kieku ma kienx hekk, fix-xhur u l-gimghat li ghaddew ma kinux l-ghaqdiet ta’ l-ambjent kollha flimkien jinghaqdu b’vuci wahda fi protesta soda kontra l-qirda li qed issir jew li ppjanata li ssir fiz-zmien li gej. Il-lista ta’ postijiet fejn gie attakkat l-ambjent hija twila wisq ghac-cokon ta’ pajjizna.

Hafna ghadhom jiftakru l-istorja tal-Wied tal-Kalkara, kif ghadha friska l-memorja ta’ hafna nies dwar il-kontroversja li nqaghlet bil-bini li tela’ fil-Wied tal-Madliena. Ukoll il-korsa tal-golf li b’xorti tajba l-Gvern dawwar hsiebu dwarha. Milli jidher imma dak li m’ghamilx bil-korsa tal-golf, il-Gvern se jaghmlu mod iehor f’inhawi ohrajn. Ma kienx bizzejjed ghalih li gibed fuqu l-ghadab ta’ tant Maltin meta fissa z-zoni l-godda ta’ l-izvilupp. Jidher issa li se jghid iva, jew hu inkella l-MEPA f’ismu, biex jigu mmassakrati r-Ramla l-Hamra u l-bajja ta’ Hondoq ir-Rummien f’Ghawdex.

Biex tara l-artiklu kollu idhol fuq http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=36190