Quo Vadis, MEPA?
Pubblikata fuq It-Torca u Kulhadd nhar l-Hadd 3 ta' Gunju, 2007 minn Dun Lawrenz Theuma.
Mhux se nidhol f’dettalji ta’ stejjer li, fl-istorja ta’ mijiet ta’ snin, idejnsetghana tefghu lill-Qala lura minn irhula ohra. Però, qieghed jinhass sew li idejn simili regghu bdew iferfru biex jaghtu imbottatura ohra.
Dan l-ahhar, il-Ministru ghal Ghawdex habbret li ksibna fondi mill-U.E. biex isiru toroq lejn id-Dwejra, Xlendi, Marsalforn u r-Ramla fin-Nadur. Il-bajja ta’ hondoq ir-Rummien, li qieghda fl-isbah panorama naturali ta’ Ghawdex u li jzuruha mhux biss Ghawdxin izda mijiet ta’ Maltin u barranin, fejn hallejnieha? Dik mhux il-Qala qieghda! Sew jghid ix-xih Malti li hadd ma jahsillek wiccek biex tidher isbah minnu.
Izjed minn hekk. Dan l-ahhar f’Ghawdex tqassam fuljett mill-MEPA, “Pjan Lokali Ghalik” bi ‘slogan’: Pjan lokali biex kulhadd jghix ahjar. Verament attraenti u jixraqlu kull tifhir. haqqu verament prosit min sawru. Ma setax ikun iktar ideali! Ghall-informazzjoni tal-qarrejja nikkwota xi punti:
•harsien tal-widien, moghdijiet ta’ l-ilma u x-xaghri
•holqien ta’ xibka ta’ moghdijiet bejn l-irhula u l-kampanja ghat-tgawdija ahjar mill-pubbliku u t-turisti li jzuru Ghawdex.
•harsien tas-sisien u l-irdumijiet minn zvilupp bla bzonn.
•Proposti ghal titjib fil-facilitajiet edukattivi, tas-sahha u facilitajiet ohra tal-komunità.
•harsien tal-access ghall-kosta.
•Identifikar ta’ siti (inkluzi dawk zdingati) biex isir thawwil ta’ sigar u holqien ta’ oqsma ghat-tgawdija tal-pubbliku.
•Proposti ta’ tkabbir tax-xtajtiet imrammla.
Kemm huma proposti sbieh ghal Ghawdex! X’hemm minnhom ippjanat ghall-Qala? Xejn affattu! Anzi l-maqlub! Boghod mill-ghajn, boghod mill-qalb!
Permezz tal-propost ‘Qala Creek’ sa l-istess isem etniku tal-lokalità ta’ hondoq ir-Rummien se jinqered ma’ iktar tkissir bla bzonn ta’ sisien u rdumijiet li fadal, biex jaghmel vera “eye sore”, permezz ta’ bini fl-isbah panorama naturali li tpaxxi l-ghajn, b’inqas access ghall-bajja, inqas spazju, ilma mnigges, artificjalità lil hemm minn dak li hu naturali u li tbieghed awtomatikament lil kull min ihobb il-kwiet u jitpaxxa b’dak li hu naturali. Nigu naqghu u nqumu mill-poplu li hemm isib, f’lejliet sajfin, l-isfog tieghu. Altru m’ghandniex ghal qalbna s-sahha tal-poplu!
U xi nghidu ghall-ilma tal-wied tax-xita? Snin ilu kien jimla wahda mill-barrieri li ma kienx hawn isbah minnha f’Ghawdex. Fis-snin ta’ hafna xita, anke fis-sajf, kien jibqa’ jidher niezel. Din illum mimlija bil-hamla li jgorr mieghu il-wied. Meta tfur, billi l-kanal li minnu kien johrog l-ilma biex jintefa’ l-bahar ’il barra mill-bajja, hu mimli, kif ukoll il-moghdija mnejn kien jghaddi, giet imbarrata b’gebel li thalla hemm minn min kien jaqta’ l-blat, qed jibqa’ niezel fil-bajja bil-konsegwenzi kollha li jgib mieghu.
Nigu issa ghat-thawwil tas-sigar. Sa ftit tas-snin ilu il-kunsill lokali kellu pjan biex f’hondoq ir-Rummien ihawwel numru ta’ sigar. Meta ttiehdet l-art minghand il-bdiewa, il-gvern kolonjali kien dahal f’kuntratt mal-bdiewa li qabel ma jerga’ jirritornalhom l-art lura, ihawwilha sigar. Izda, b’daqqa ta’ pinna ta’ ex-president tar-Repubblika, il-gvern esonera lilu nnifsu u tar kollox mar-rih, ghal snien l-ispekolaturi, minkejja li hemm kienet art ikklasifikata ODZ.
Minn dan kollu l-poplu tal-Qala x’se jgawdi? Izjed sahha? Iva. Izjed kontaminazzjoni ta’ arja, izjed hsejjes, izjed mard, izjed mwiet f’qosor il-ghomor, nuqqas ta’ rilassament u izjed tensjoni. Il-qerda tad-drawwa li, f’lejliet shan sajfin familji jingabru, jinghaqdu, jistriehu hdejn ix-xtajta waqt li jieklu loqma hobz jew xi bicca laham mixwija u jaqsmu bejniethom il-ferh u n-niket ta’ grajjiethom. Ir-raguni ta’ dan kollu hi li, illum f’Malta sirna min jiflah ihawwel!
Nittama li dan l-ilment iservi biex fil-lista tal-personalitajiet li isimhom jinzel fl-istorja tal-Qala ma jkunx hemm xi hadd li jisthoqqlu ikun fil-lista tan-naghga s-sewda!