Hondoq ir-Rummien
Pubblikata fuq l-Orizzont nhar d-29 ta' Mejju, 2007 minn Reno Borg.
Il-Professur Mario Vassallo gie rapportat jghid li fi studju li ghamel jirrizultalu li Hondoq ir-Rummien f’Ghawdex huwa sit fejn jintrema l-iskart ('dumping site'). Ma niskantax li f’din il-Bajja hemm salt hmieg ghax Malta kollha tinsab mizbla wahda. F’ghoxrin sena, l-Gvern ma rnexxilux inaddaf roqgha ta’ art disa' mili wiesgha bi 17-il mil twila.
Kulhadd jaf kemm Malta baqghet mahmuga. Imma min ixomm sew jinnota , kliem bhal tal-Professur Vassallo donnu ntuza biex jiggustifika progett li se jhassar u jisfregja wahda mill-isbah bajjiet li hemm f’Ghawdex. L-ghaqdiet ta’ l-ambjent kollha hargu kontra dan il-progett. Li jkun hemm progett li jhaddem lill-Ghawdxin kulhadd jaqbel mieghu.
Imma wiehed ghandu jara li progetti bhal dawn isiru f’siti fejn l-inqas issir hsara. Per ezempju, il-progett ta’ Smart City se jsir f’zona li kien hemm bzonn li tigi zviluppata u fl-opinjoni tieghi il-post li ntaghzel mhux se jaghmel hsara lill-ambjent. Imma l-istorja hi differenti fejn jidhol Hondoq ir-Rummien. Din il-bajja ghandha tithalla fl-istat naturali taghha u tigi mnaddfa sew u jsiru aminitajiet li jtejbuha bhala bajja naturali.
Il-progett li qed jigi suggerit huwa kbir wisq ghal dawn l-inhawi – lukanda ta’ 170 sodda fil-'green area' li hemm, 25 villa, 60 appartament, 200 residenza ohra, 731 spazji ta’ pparkjar tal-karozzi, 10 hwienet, 5 restoranti u yacht marina li tkenn bejn 100 u 150 yacht. Dan ifisser li l-art hadra se tinbela kollha u bil-yacht marina se tinqered il-hajja naturali tal-bajja.
L-ghaqdiet ta’ l-ambjent ghandhom johorgu bi hgarhom kontra dan il-progett, li jista' jsir f’ siti ohrajn minghajr ma ssir hsara irreparabbli lill-ambjent.
Biex tara l-artiklu kollu idhol fuq http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=35546