SOS Hondoq News

Friday, October 04, 2013

“Ghajta biex Hondoq jibqa’ f’idejn il-poplu: Paul Buttigieg

Pubblikata fuq Kullhadd nhar s-Sibt 17 ta' Awwissu, 2013.

Il-Moviment Harsien Hondoq qieghed jerga' jniedi petizz-joni biex il-Pjan Lokali ghall-Bajja ta' Hondoq ir-Rummien fil-Qala, Ghawdex, jerga' jinbidel ghal dak li kien qabel l-2006.
Din il-petizzjoni hija importanti hekk kif il-Gvern attwali qed jikkonsulta mal-pubbliku sabiex jibdel il-Pjan Lokali ta' Malta u Ghawdex.
Din il-gazzetta tkellmet ma' Paul Buttigieg mill-Moviment Harsien Hondoq. Buttigieg jghid li l-Pjan Lokali ta' Hondoq ir-Rummien ghandu jerga' jinbidel biex ma jippermettix zviluppi li jistghu jkunu ta' detriment ghall-ambjent naturali ta' din il-bajja.
Buttigieg isostni li din iz-zona ssir park nazzjonali biex tkun tista' tibqa' titgawda mill-familji Maltin u Ghawdxin u anke mit-turisti minghajr hlas.
Huwa jishaq li fl-2006 il-MEPA, li dak iz-zmien kienet taqa' taht l-eks-Ministru George Pullicino, kienet bidlet il-Pjan Lokali ghal Hondoq ir-Rummien minghajr ma kkonsultat jew infurmat lill-Kunsill Lokali.
"Il-petizzjoni hija ghajta biex il-Bajja ta' Hondoq tibqa' f'idejn il-poplu u mhux tghaddi f'idejn l-ispekulaturi," jishaq Buttigieg.
Bhalissa l-MEPA qed tevalwa applikazzjoni tal-kumpannija Gozo Prestige biex isir zvilupp ta' yacht marina, madwar 200 appartament, vilel u lukanda f'Hondoq ir-Rummien.
Il-kaz ilu jkaxkar 11-il sena shah hekk kif saru tentattivi mill-applikant biex jiccekken id-daqs tal-progett, liema tentattivi gew irrifjutati mill-MEPA f'Mejju li ghadda.
Ghal iktar informazzjoni, jew biex wiehed jiffirma l-petizzjoni, ghandu jzur is-sit:
www.soshondoq.blogspot.com, fejn isib l-istorja ta' Hondoq ir-Rummien u anke holqa biex wiehed jiffirma l-petizzjoni fuq is-sit tal-MEPA.
Il-Moviment Harsien Hondoq iheggeg lill-pubbliku biex isemma' lehnu halli dan il-wirt naturali jigi ppreservat.