SOS Hondoq News

Wednesday, April 24, 2013

“Progett li assolutament m’huwiex sostenibbli” – Paul Buttigieg

Pubblikat fuq www.kullhadd.com nhar s-Sibt 20 t' April, 2013. 


F'inqas minn gimghatejn ohra il-Bord tal-appell tal-MEPA se jkun qed jiddeciedi fuq l-applikazzjoni ghall-progett gewwa l-bajja ta' Hondoq ir-Rummien f'Ghawdex. L-applikazzjonijiet ghal dan il-progett kontroversjali ilhom ghaddejin hdax-il sena.
Din il-gazzetta tkellmet ma' Paul Buttigieg, kelliem ghall-Moviment Harsien Hondoq. Mistqosi rigwrad it-tul ta' zmien li din l-applikazzjoni hadet, Buttigieg jistqarr li l-izviluppaturi ma rnexxielhomx jghaddu mill-bieb, u ghalhekk qeghdin jippruvaw jghaddu mit-tieqa. Huwa jirringrazza lill-Prim Ministru Joseph Muscat li mill-bidu nett appoggja bis-shih il-kampanja favur il-harsien ta' dan il-wirt naturali.
Buttigieg jghid li l-bajja tal-Hondoq mhux biss hija wirt naturali uniku, izda hija wkoll l-unika bajja li wiehed jista' jghum fiha meta jkun rih fuq. Matul is-sajf hafna familji Maltin u Ghawdxin u turisti jzuru din il-bajja, tant li fl-eqqel granet tas-sajf ikun hemm iktar minn 320 karozza. Jekk dan il-progett isir, l-ispazju tal-parkeggi se jittiehed u se jibqa' biss post ghal madwar 90 karozza.
Filwaqt li qabel kien hemm il-Bajja taz-Zewwieqa fl-Imgarr, issa din ukoll inbniet u n-nies qieghda minflok tmur il-Hondoq. Buttigieg jistaqsi fejn se tibda tmur in-nies jekk il-Bajja tal-Hondoq tinbena wkoll.
Isemmi l-progett ta' Chambray f'Ghajnsielem, fejn kienu mwieghda 2,000 impjieg li llum ma mmaterjalizzawx. Jishaq li n-nies ma temminx il-weghdiet li jsiru marbuta mal-impjiegi, ghax meta l-permess jinhareg dawn kollha jtiru mar-rih.
Fi stqarrija mibghuta kmieni din il-gimgha l-Moviment Harsien Hondoq qal li l-izviluppaturi kienu bidlu l-applikazzjoni originali taghhom minn 200 appartament ghal 143, u dan minkejja li fl-applikazzjoni originali kienu nsistew li kien hemm bzonn 200 appartament biex il-progett ikun vijabbli.
L-Awtorità Maltija ghat-Turizmu kienet qalet li tirriserva d-dritt li tirtira l-appogg taghha ghal dan il-progett jekk isiru tibdiliet fl-applikazzjoni originali.
Il-Moviment sahaq li l-progett kellu oppozizzjoni mifruxa hafna. Id-Direttorat tal-Ambjent tal-MEPA kien iddeskriva dan il-progett bhala wiehed oggezzjonabbli ghal diversi ragunijiet u rrakkomanda li l-permess ma jinghatax.
L-istess rakkomandazzjoni nghatat mill-Bord tal-Wirt Naturali tal-MEPA, minn Transport Malta u mill-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja. 85% tar-residenti tal-Qala vvutaw kontra l-progett, 4,400 persuna ffirmaw petizzjoni kontrih, kif ukoll hafna ghaqdiet ambjentali.
Il-Moviment Harsien Hondoq jishaq li kienet il-MEPA stess li qalet li ma kienx hemm bzonn iktar lukandi u appartamenti, u li ghalhekk il-progett m'huwiex gustifikat. Il-Moviment isostni li jekk jinghata dan il-permess ghal zvilupp urban f'zona ODZ, ikun qed johloq precedent perikoluz ghall-pajjizna.
Intant, waqt il-programm Ghandi Xi Nghid li xxandar ilbierah fuq Radju Malta, il-President tal-Assocjazzjoni Maltija ghall-Izviluppaturi (MDA), il-Perit Michael Falzon, qal li minkejja li l-MDA ma titkellimx favur jew kontra progetti partikolari, l-opinjoni personali tieghu fuq il-progett hija "pjuttost kontra".