Realtà alternattiva (1)
Pubblikata fuq l-Orrizont nhar l-Hamis 3 ta' Gunju, 2010 minn Lorna Vassallo. Nilqgħukom għal dan il-bullettin tal-aħbarijiet. Nibdew bl-aħ barijiet tal-ġurnata… Catherine Galea, li kienet irriżenjat mill-kariga ta’ De-putat Ċerpersin tal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l- Ippjanar (MEPA) b’rabta ma’ numru ta’ irregolarijiet fetħet kawża kontra l-Gvern fuq allegat diskriminazzjoni kontriha meta hija applikat biex tiġi impjegata mill-Awtorità ta-Djar bħala perit tal-istess Awtorità. Hija sostniet li l-każ preċedenti tagħha kien deċiż u għalhekk ma kellu jaffettwa l-ebda applikazzjoni għal xogħol ieħor anke ma’ dipartimenti tal-Gvern, speċjalment meta wieħed jara r-ri nu merazzjoni għal tali xogħ ol li kulma jammonta huwa għal €35,000 fis-sena. Fl-ewwel reazzjoni tiegħu għal din l-istqarrija, il-PM Lawrence Gon zi sostna li se jibqa’ jħad dem politika ta’ demo krazija u trasparenza u għalhekk, kif imwiegħed fil-programm elettorali tiegħu u li grazzi għalih ingħata l-mandat li jmexxi l-ħames snin li ġejjin, kwalunkwe persuna li tinstab involuta f’allegata korruzzjoni (anke jekk mhux ipprovata mill-Qrati) titlef id-dritt li tirris pondi għal sejħiet tal-Gvern għal tali impjiegi. Huwa fakkar li fid-dawl tar-riżenja tal-eks-Ministru inkarigat mill-MEPA fl-istess każ ta’ Catherine Galea tali okkażjonijiet ma jservu għall-ebda skop ħlief biex juru l-kreddibbiltà tal-Gvern fejn tidħol il-ġlieda kontra kull tip ta’ korruzzjoni possibbli. L-aħbar l-oħra li ddominat il-ġurnata hija d-deċiżjoni tal-MEPA li tirrifjuta l-applikazzjoni għal żvilupp propost f’Ħon doq ir-Rummien f’Għaw dex, minkejja li l-kundizzjonijiet kollha li ġew rikjesti mill-istess applikant ġew sodisfatti. Fid-deċiżjoni finali tiegħu, l-Bord tal-MEPA ħoloq preċedent billi għamel stqarrija fejn wissa li l-ħolqien tax-xogħol m’għandux ikun à skapitu tal-ambjent u anke jekk l-Environment Impact Assessment juri li l-ħsara fuq l-ambjent na turali tista’ tkun minimizzata, gruppi non-governattivi u għaq diet ambjentali flimkien mar-residenti tal-post ikkonċernat għandhom jiġu mismugħin filwaqt li stħarriġ li jkun sar minnhom jista’ jit-qies bħala relevanti jekk ikun ġej minn sorsi affidabbli. |
Il-Bord irrikonoxxa l-fatt li sa ħansitra min jagħmel l-Environment Impact Assessment jista’ jkollu raġunijiet għaliex jimmodifika jew jinterpreta b’mod ħafif ħsara ambjentali potenzjali u patrimonju naturali uniku bħalma jeżisti fil-Qala Għawdex, m’għandux jiġi rrovinat mill-bniedem tal-2010 minħabba s-sempliċi kap riċċi ta’ individwi partikolari speċjalment meta dawn imorru kontra l-volontà tal-massa. Il-Bord wissa wkoll li storja bħal din messu ma waslitx sa dan l-istadju, iżda messu ġiet rifjutata fi stadji ferm qabel. |