Il-laqgħa tal-MEPA dwar Ħondoq ir-Rummien “toħloq ħafna tħassib”
Fi stqarrija għall-istampa, l-għaqda Żminijietna – Leħen ix-Xellug, iddeskriviet il-laqgħa pubblika tal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), dwar il-proġett ta’ Ħondoq ir-Rummien bħala ta’ tħassib, fejn ħalliet ħafna mistoqsijiet mhumiex imweġbin. L-għaqda sostniet li l-fatt li fl-2006, l-abbozz tal-pjan lokali tal-2002 ġie mibdul minn żona ta’ afforestazzjoni, ta’ tisbiħ u ta’ faċilitajiet rikreattivi għal wieħed turistiku u ta’ faċilitajiet marittimi, mingħajr ebda konsultazzjoni pubblika, iqajjem tħassib kbir. |
Ingħad ukoll li l-MEPA ftit snin ilu rrifjutat l-iżvilupp propost ta’ “Cruiseliner Passenger Terminal” fl-Imġarr minħabba diversi konsiderazzjonijiet ambjentali, fosthom li ż-żona tilqa’ fiha speċi protetti, fosthom ta’ alka magħrufa bħa–la ‘Posedonia meadow’. |