SOS Hondoq News

Monday, June 21, 2010

Preċedent b’jott marina f’Ħondoq – il-kandidat tal-PN, Alan Deidun

Pubblikata fuq l-Orizzont nhar s-Sibt 19 ta' Gunju, 2010.

F’rapport li Alan Deidun ħej ja għall-Kunsill Lokali tal-Qa la b’risposta għar-rapport im ħejji fuq il-proġett ta’ Ħondoq ir-Rummien dwar l-eko loġija marittima u l-impatt fuq il-kwalità tal-ilma baħar, enfasizza li jott marina f’Ħon doq ir-Rummien toħloq pre ċe dent.

Fir-rapport tiegħu, il-bijolo gu Alan Deidun, qal li l-preċedent li nħoloq fil-propos ta ta’ jott marina f’Ħondoq ir-Rum mien hu fuq żewġ fron ti.

Dan għax il-jott marinas koll ha eżistenti f’pajjiżna qegħ din f’żoni baħar li hu ma aktar meqjusin bħala inferjuri f’dak li hu l-kwalità tal-ilma baħar.

Ir-rapport jgħid li l-kwalità tal-ilma baħar f’Ħondoq ir-Rummien ġie deskritt f’diversi rapporti oħrajn bħala li kien totalment ħieles mit-tniġġis, li l-kwalità tal-ilma baħar f’Ħon doq ir-Rummien kienet eċċellenti u li l-kwalità tal-am bjent marittimu f’Ħondoq ir-Rummien kien wieħed ta’ li vell tajjeb.

Ir-rapport jgħid li t-tieni fatt rigward il-preċedent hu dak li bl-eċċezzjoni tal-port tal-Imġarr f’Għawdex, il-fliegu ta’ bejn Malta u Għawdex ma jintużax minn bastiment kbar.

Ir-rapport ta’ Alan Deidun jgħid li l-uniku dokument li jqis lil Ħondoq ir-Rummien b’mod pożittiv biex fih issir il-jott marina, hu d-dokument tal-impatt ambjentali li sar fuq il-proġett kollu propost għaż-żona ta’ Ħondoq ir-Rummien.

Is-Sur Alan Deidun fir-rapport tie għu jgħid li stat membru fl-Unjoni Ewropea jista’ biss jagħti l-kunsens tiegħu għal xi proġett, jekk l-assessjar li jsir jiżgura fiċ-ċert li mhu se jkun hemm l-effett sinjifikanti fuq l-integrità essenzjali tas-sit.

F’Ħondoq ir-Rummien hu propost li jkun hemm akkomodazzjoni għal 1,500 persuna, f’barriera mhix użata. Il-proġett ta’ “Qala Creek” se jkun jikkonsisti f’170 kamra f’lu kanda, 25 villa, 60 appartament ‘self catering’, 200 resi denza u post għal 150 jott fil-marina.

Fl-aqwa tal-istaġun, hu previst li l-popolazzjoni tar-ra ħal tal-Qala tirdoppja, hekk kif il-proġett ta’ Ħondoq ir-Rummien hu mistenni li jilqa’ fih xejn inqas minn 1,500 resident.

Ftit tas-snin ilu, meta kien hemm bdil f’dan il-proġett, kien issemma kif il-kumpanija bl-isem Gozo Prestige Holidays, kienet qiegħda tippjana li l-proġett ta’ villaġġ f’Ħondoq ir-Rummien jitlesta fis-sena 2010.

Il-proġett kien intqal li se jiswa €75 mljun. L-art fejn se jsir il-porġett hi ta’ 197,597 metru kwadru, bl-iżviluppaturi jgħidu li se jiżvilupaw 58,880 metru kwadru.

L-iżviluppaturi kienu qalu li dan il-proġett se jkun jinvolvi tqattigħ ta’ madwar 900,000 metru kubu ta’ blat mill-barriera u se jsiru madwar 60 vjaġġ bit-trakkijiet kuljum.

Fuq il-proġett propost kien sar referendum fuq żmien ta’ tlett ijiem, li għalih kienu ħarġu jivvotaw 966 persuna mill-Qala jew 74.4% minn 1,298 resident.

Minn dawn, 806 jew 84.5% ivvotaw kontra l-proġett, waqt li 148 jew 15.5% ivvotaw favur.