SOS Hondoq News

Wednesday, June 09, 2010

Petizzjoni kontra l-proġett tal-Ħondoq

Pubblikata fuq l-Orizzont nhar l-Erbgha 9 ta' Gunju, 2010.

F’mistoqsija parlamentari mill-Onor. Owen Bonnici lill-Prim Ministru Gonzi, dwar il-po żizzjoni tal-Gvern fuq il-pro ġett ta’ Ħondoq ir-Rummien, f’Għawdex, il-PM qal li l-MEPA hi responsabbli mid-deċiżjoni jekk għandux isir dan il-proġett. Gonzi qal li l-Gvern m’għan dux x’jaqsam mad-de ċiż joni li se tieħu l-MEPA. Sostna li l-Gvern ma jindaħalx fl-applikazz jonijiet li tirċievi l-MEPA dwar proġetti ta’ żvilupp, u lanqas ma jindaħal fid-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-membri tal-bord tal-MEPA.


Wara l-laqgħa ta’ ftit jiem ilu mal-komunità Għawdxija dwar l-istess proġett, bdiet tinfirex pe tizzjoni madwar Malta u Għawdex biex min hu kontra dan l-iż vilupp jiffirma. Din il-petizz jo ni qiegħda ddur bl-imejl fejn min jirċiviha jikteb ismu u jgħad diha lil ħaddieħor biex kul ħadd isemma’ leħnu kontra l-proġett. S’issa f’din il-petizzjoni vvotaw mijiet ta’ persuni li ma jaqblux, li ka ġun tiegħu se tintilef aktar mis-sbuħija naturali fil-bajjiet tagħna.