It-telqa f’Hondoq ir-Rummien
Pubblikata fiq it-Torca tal Hadd 5 ta' April, 2009.
Ghal dawn l-ahhar snin, il-bajja ta' Hondoq ir-Rummien kienet fl-ahbarijiet minhabba l-hsara li kienet se ssirilha minhabba l-progett ta' Qala Creek.
Din l-istess bajja sofriet hsarat kbar kawza tal-maltemp li hakimna matul ix-xitwa, hsarat li sal-lum ghadu ma sar xejn biex jissewwew. Tghid se jigri bhas-soltu u x-xoghol jibda meta jkollna t-turisti maghna?
Residenti Qalin li tkellmu mat-TORCA qalulna li din il-bajja hija frekwentata minn turisti u Maltin u wiehed ma jistax jifhem ghala l-gvern ikompli jkaxkar saqajh u ma jibdiex ix-xoghol biex din il-bajja terga' lura ghall-istat naturali li kienet fiha sa ftit tax-xhur ilu.
Il-Kunsill Lokali tal-Qala kellu jwahhal tabelli li javzaw lin-nies izommu boghod mill-periklu li jezisti. Fil-parti li sfrondat, il-bahar kompla jghawwar minn taht u minhabba li l-konkrit ma kellux xibka, dan facilment inqasam. Minn bajja li wiehed jmur jqatta' siegha ghall-kwiet, saret post ta' periklu.
Din il-bajja hija l-mekka ta' bosta ghaddasa kwazi tul is-sena kollha u hija tal-misthija li kollox thalla f'din is-sitwazzjoni deplorevoli.
Taht din l-amministrazzjoni, wiehed ma jridx ikollu gherf specjali biex jinduna li dan id-dewmien qieghed isir apposta biex ihejji t-triq ghall-progett propost. L-antiki jghidu: "Meta z-zmien itul, il-qrun idur" .
Imbasta l-ministru tat-turizmu kollu pjani fuq il-karla, imbaghad ma jsir xejn
biex dak li jigbed t-turist intejbuh. X'se jigri jekk xi hadd iwegga', l-aktar jekk ikun xi turist?
Tiskanta kif xejn ma jsir bis-sens. L-uniku xoghol li sar kien it-tindif ta' gebel kbir li ngarr mill-bahar qawwi. Dan tpogga fejn jiltaqghu dawk li jinzlu fil-bajja biex jghaddu ftit tal-hin flimkien. Dan il-gebel qieghed jaghti dehra kerha u zgur mhux isebbah l-ambjent tal-bajja.
Kieku ghall-kliem sabih u d-decizjonijiet t-tajba, l-ammistrazzjoni Gonzi tinsab fuq quddiem nett, izda meta nigu ghall-fatti, fatt wiehed johrog dak tat-taxxi, aggustamenti u gholi tal-hajja. Issa ilna s-snin nisimghu dwar Eko-Ghawdex u kemm ghandu pjani grandjuzi. Forsi jibda billi jaghmel park jew gnien nazzjonali f'dawn l-inhawi kif kien propost mill-Kunsill Lokali ftit tas-snin ilu? ll-pajsagg naturali ta' dawn l-inhawi zgur jigbed lil dawk Ii jridu jaharbu mill -hajja mghaggla ta' kuljum.
Tiskanta kif l-ebda ghaqda jew assocjazzjoni li jintbu qabel l-elezzjonijiet ma tohrog l-ebda stqarrija dwar dak li qieghed igerrex lit-turisti.
Fi zmien meta qeghdin naraw gzejjer turistici fil-Mediterran joffru btajjel bi prezzijiet favoluzi biex jattiraw it-turisti, hawn Malta l-gvern flok jipprova jrahhas il-hajja, qieghed jgholli r-rati tad-dawl, l-ilma, fuel u gass. Ir-rizultati qed jitkellmu wahidhom - Cifri mahruga mic-Centru Nazzjonali tal-Istatistika dwar it-turisti juru li hemm tnaqqis ta' 10.6% fuq l-istess xahar tas-sena l-ohra.