SOS Hondoq News

Thursday, January 15, 2009

Hondoq ir-Rummien "vittma" tal-maltemp

Published on l-Orizzont on Thursday 15th January, 2009.

Hekk kif f’dawn l-aħħar jiem il-gżejjer Maltin inħakmu minn maltemp kbir, il-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien fil-Qala Għawdex spiċċat f’diżastru kbir.

L-akbar ħsara li ġarrbet din il-bajja kienet fuq iż-żona fejn matul is-sajf isiru ħafna ‘bar-be-ques’. Biċċa konkos kbira li kienet tifforma ż-żona fejn isiru l-‘bar-be-ques’ spiċċat sfrondat kawża tal-mewġ kbir li ħakem din il-bajja. Il-biċċa l-oħra li s’issa għadha ma tfarkitx tinsab fil-periklu li tisfronda ukoll.

Hekk kif konna fuq il-post stajna ninnotaw bankijiet li kienu mwaħħlin f’żoni oħrajn ta’ din il-bajja li konsegwenza tal-maltemp spiċċaw f’nofs it-triq. L-istess maltemp għamilha diffiċli ħafna biex persuna tinżel bil-vettura tagħha minħabba l-ġebel kbir li tkaxkar mill-baħar għal fuq l-art.

Għadu mhux magħruf x’miżuri se jieħu l-Kunsill Lokali tal-Qala biex b’mod immeddjat ineħħi l-periklu kbir li hemm l-aktar wara li sfrondat biċċa kbira mill-konkos tal-bajja.

To view photos, go to http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=50268