Il-Progett f'Hondoq ir-Rummien quddiem il-Kummissarju Ewropew tal-Ambjent
Pubblikata fuq it-Torca nhar it-22 ta' Lulju, 2007.
Ghal darba ohra, decizjonijiet tal-MEPA li joholqu kunflitt mar-residenti u ghaqdiet ambjentali, spiccaw biex b'mod indirett kienu mqajma f'laqgha mal-Kummisjoni Ewropeja. Fil-jiem li ghaddew il-Moviment ghall-Harsien ta' Hondoq ir-Rummien fil-Qala kellu laqgha ma' Patrick Wegerdt, ufficjal fi hdan il-Kummissarjat Ewropew ghall-Ambjent. F'din il-laqgha Wegerdt kien infurmat fid-diffikultajiet li r-residenti tar-rahal tal-Qala mistennija jkollhom bil-progetti li huma ippjanati ghal Hondoq ir-Rummien.
Fil-laqgha li damet aktar minn siegha, Wegerdt intwera ritratti ta' Hondoq ir-Rummien u l-mapep taz-zona kif ukoll x'qed ikun propost mill-izviluppaturi. Wahda mill-problemi li Wegerdt kien infurmat biha kien hemm li fil-prezent l-bajja ta' Hondoq ir-Rummien hija frekwentata sew mill-pubbliku, izda meta ser isir dan l-izviluppdin ser tkun zona privata b'access limitat. Bhala ezempju ssemma l-parkegg fiz-zona li ser ikun miftuh ghall-pubbliku se jkun ta' 90 karozza numru li mhux bizzejjed meta f'jiem partikolari dan l-ammont jinqabez kwazi bit-triplu.
Paul Buttigieg f'isem il-moviment ghamel referenza ukoll ghar-referendum li kien sar fost ic-cittadini ta' din il-lokalita', li fil-maggoranza taghhom opponew l-izvilupp, u ghall-fatt li t-triq alternattiva li kienet proposta biex minnha jghaddu t-trakkijiet fi triqthom lejn z-zona tal-progett mhix vijabbli minhabba d-djuq taghha.
Il-progett, maghruf bhala Qala Creek, ser jinkludi lukanda b'170 sodda, 200 residenza mifruxa bejn appartamenti u djar, kif ukoll yacht marina bi spazju ta' rmigg ta' 150 dghajsa.